Santu Wistin

Wistin żagħżugħ

A: Daħla u sfond

• Qed nitkellmu minn bniedem poeta u ħassieb.
• Qed nitkellmu minn bniedem fi tfittxija kontinwa tiegħu stess, tal-verita’, ta’ l-imħabba, tal-ħelsien.
• Qed nitkellmu minn bnieden innamrat ħafna ma’ Alla u mal-ħajja.

Jien interessat minn żgħożija ta’ l-ispirtu mhux bħala it-tappa loġika ta’ żvillup bejn it-tfulija u l-maturita’.
Iż-żgħożija li nixtieq nirriflettu fuqha għandha x’taqsam:

• Mal-fantasija u mal-enerġija.
• Mal-innoċenza u mal-idejali.
• Mal-ħolm u mad-danza fil-qalb.
• Mat-tama u mal-providenza (l-abbundanza ta’ Alla) u tal-ħajja.
• Mal-umilita’ u l-kuraġġ.
• Ma’ trasformazzjoni tiegħek stess l-ewwel u mbagħad ta’ l-ambjent ta’ madwarek.
• Mas-sustanza u mal-ġwienaħ.
• Mal-iskandu lill-‘qawwija’.
• Mal-misteru u ma’ l-istaġgħib.
• Ma dak li hu intwizzjoni.
• Ma dak li jqanqal i jmiss l-ġewwieni tiegħek.
• Ma’ dak li kritiku, iżjed esiġenti u iżjed awtentiku.
• Mal-anżjeta’, mad-dubju u mal-ferħ.
• Mas-solitudni tar-ruħ.
• Mal-verita’ li teħles.
• Ma sensibilita’ speċjali.
• Ma problemi ta’ kuxjenza.
• Ma profezija u ma sogru.
• Ma’ li tkun erojku u miġnun.
• Ma dak li mhux farizejku u ipkorita’.
• Ma mumenti fejn ma tifhimx dak li jkun qed jseħħ fik u ġieli ma tinftiehemx lanqas minn oħrajn.
• Ma veritajiet skomdi.
• Mal- għana fil-qalb.
• Ma nuqqas ta’ idoli u kulti. (u allura n-nuqqas tal-ħafna suriet ta’ inċensar tagħna).
• Ma dak li hu spontanju u ħaj.
• Ma dak li mhux ġifa, jew immexxi mill-biza’ (il-prudenza u d-diplomazija)
• Ma fedelta’ lejn kelma (Vanġelu) li hi sempliċiment moqrija u mhux imfissra.
• Ma dak li hu immaġinattiv u bla pressjoni.
• Ma dak li mhux teknika, dardir, ipokrezija, gidba, vizzju, ingann u superfiċjalita’.
• Mal-ġlieda perpetwa kontra l-medjokrita’ u kontra ċ-ċertezzi, l-loġika u l-isterjotipar ffrizat tagħna.
• Ma silenzju u ma kliem. (il-ġlieda eterna f’Wistin). Xi kultant hemm bzonn li tuza l-kliem u ‘tagħmel il-ħsejjes’.
• Ma prezent u ġejjieni li fih ħadd minnu ma hu l-prototip oriġinali.
• Ma vulnerabilita’ u ma biki fit-triq tat-tfittxija tiegħek stess u matul il-mixja diffiċli tal-fidi.
• Ma futur li ħadd minna ma jaf, ħadd ma jista jissiġilla anke għax ma jinsabx hawn. (Is-saltna ta’ Alla)
• Mal-għarfien li aħna lkoll nomadi, lkoll refuġjati.
• Mal-għarfien li f’din il-ħajja, aħna lkoll studenti u li l-għalliem hu biss wieħed: Hu – Alla.
Aħna lkoll għandna bzonn din it-tip ta’ żgħożija ta’ l-ispirtu:

• Għandna bzonnha …bħal bnazzi wara l-maltemp u r-riefnu tal-ħajja.
• Għandna bzonnha …bħar-rebbiegħa wara x-xitwa tal-ispirtu tagħna.
• Għandna bzonnha…bħal tgħannieqa ta’ mħabba wara staġuni ta’ distanza u bruda.
• Għandna bzonnha…bħal kelma ta’ apprezzament u kuraġġ wara rutina ta’ daqqiet u kalendarju ta’ negattivita’.
• Għandna bzonnha…bħal tbissima ġenwina wara bikja vera anki jekk ġieli mingħajr dmugħ.

Din iż-żgħożija ta’ l-ispirtu hi għajta sietka, bla twerziq, ġentili… imma qawwija:

• biex nistenbħu u niftakru.
• biex inqumu u ma’ norqdux iktar.
• biex inħarsu ‘l hinn mix-xefaq tal-prezent tagħna…ineħħu kull dieqa u qtiegħ il-qalb… u biex lura ma nħarsux iktar.

B: Jitkellem Wistin

Jien mort fl-imgħoddi tiegħi
U sibt l-Istqarrijiet
Li ktibt biex nitkellem dwar Alla
U biex ngħajjat li hu jħobbna
Mill-bidu u għal dejjem.
L-iktar ħaġa importanti li gratli f’ħajti
Hi li Alla daħal fiha
Ħassejt ruħi tikber
Daqs qamar mimli.
Jien nistqarr li jien tallab tal-paċi.
Għal ħafna snin
Għext imtaqqal bid-dubji.
Ħafna ħin ħlejtu
Niġri wara titli, kategoriji u turġien.
Nistqarr li kont nisma f’qalbi
l-għajta biex inħobb kull ħin.
Nistqarr li għext f’maskra,
Nagħti dari lili nnifsi,
Nehda bl-oskur u b’veritajiet żgħar.
Ħassejt l-valenu ta’ dwejjaq dejjiemi
u għext bil-biża li naqbad lili nnifsi ma’ ħaddiehor
frott dak li hu mċajpar fija.
Għasart s-sigħat tal-pjaċir
U xxennaqt għal tgħanniqa sħuna
Ta’ ġisem ta’ mara.
Sakemm Alla ħabbat mal-ħġieġ ta’ ħajti
U sibt ruħi nitriegħed u għarwien.
Fl-aħħar kont waħdi, vojt mit-tlellix
U fija sibt lil Ġesu’ Kristu.
Dak kien il-veru twelid tiegħi
Qalb ħafna biki u ħlewwa.
Taħt l-irmied uman
Alla jinsab moħbi.
Għalhekk ħadd mhu bla valur.
U għalhekk qatt mhu se nkunu nafu bl-erojizmu
Ta’ ħafna qaddisin libsin bħalna.
Bil-magħmudija, rċevejt
l-isem u l-missjoni tal-insara.
Biex nkun fidil lejn il-verita’
li hu Kristu tas-smewwiet
U biex nagħrfu hawn fl-art
fl-istonku vojt tiegħu.
Permezz tal-Knisja
Tgħallimt naqra l-Bibbja.
Il-kelma ta’ Alla
mitkellmu kif jitkellmu l-bnedmin
Ikel u ħajja tar-ruħ.
Alla li jġedded l-arja u x-xita
qajjem il-ħitan imwaqqa tal-ħolm tiegħi
u mexxini lejn triqat misterjuzi.
Jum minnhom in-nies għajtu:
Wistin, saċerdot!
Tgħallimt li l-ħajja ma tkunx salvata
bl-egozimu, bil-biża u billi tkun ġifa,
u minn dik l-għodwa tal-Inkarnazzjoni
firxa vasta ta’ kif nista naqdi lil Alla
bħala sejħa infetħet għalija.
Ġejt imsejjaħ ukoll biex nkun Isqof.
Għal 34 sena
Kont ragħaj f’Ippona
Bil-baħar quddiemi
Bil-qilla u l-immesnita’ tiegħu
B’elf ħidma fuq il-mejda tiegħi kuljum.
Jien nistqarr dawn l-affarijiet
Biex intom ukoll tisimgħu s-sejħa
Biex tfittxu l-verita’ u l-ferħ
Mingħajr tmiem.
Nagħmel dan
biex tiftakru li l-imħabba bla edba kundizzjoni
għandha tkun iċ-ċentru ta’ ħajjitkom.
Għax li tmorru kontra l-imħabba
tfisser li tkunu qed teħduha kontra Alla
u kontra tagħkom stess.
Imbagħad kont ferħan
Infittex bla domandi
Inħobb b’mod iktar umli bla ma neskludi lil ħadd.
Immeditajt, xandart u ktibt bla arroganza,
għax aħna lkoll studenti
fl-iskola tal-għalliem waħdieni tagħna.
Saqqejt l-għeruq tiegħi
fl-ilma tal-ħajja interjuri.
Hemm bħal qisni ġejt lura minn eżilju
sibt l-veru jien;
smajt l-ħoss ta’ l-emozzjonijiet tiegħi
bist ix-xbieha ta’ Alla
li kienet ġo fija.
Jien għext bħal wieħed miexi
mitt sena lura
u ftit passi ‘l quddiem
lejn Alla
li poġġa fina ħerqa/għatx għal kull ħaġa
u ħalaqna biex nkunu ħielsa.
Jgħodd li tħobb, li tħobb
Li tiftaħ idejk biex tagħti
anke jekk terġa wara tagħlaqhom vojta.
Il-ħajja tfisser tagħti
Li tkun iċken jum wara jum
bħal xemgħa tnemnem imma li ddawwal.

Augustine: My Confessions

I turn my sight to the river of yesterday
And find my book titled Confessions
which I wrote to speak of God
and to shout that He loves us
from the beginning and forever.
The most important fact in my life
is that God entered it
and I felt my soul expand
like a full moon.
I confess this as a beggar of peace.
So many years
with the princes of doubt at my throat.
So much time
looking for titles, categories and steps.
I confess to having heard the howl of the heart
requesting loves at an early hour.
I confess to having lived behind the mask,
turning my back on myself,
entertained with obscure and minute truths.
I felt the poison of an endless unhappiness
and the fear to find myself with someone
behind the curve of mysteries.
I squeezed the hours of pleasure,
inebriated by the warm caresses
of the female flesh.
Until God knocked at my window’s glass
and I saw myself defenseless and shaking.
Finally, empty of stars,
I found within myself Jesus Christ.
That was, then, my true birth,
amid pauses of tears and sweetness.
Underneath the human ashers,
God is also hidden.
Thus no one is worthless
and we will never know the heroism
of so many saints dressed like ourselves.
I received, through baptism,
the name and mission of the Christians:
To be faithful to the ever young Truth
the Christ of the heaven and to recognize Christ here on earth
with his belly swollen by hunger.
At the motherly lap of Church,
I learned to read the Bible,
The Word of God
spoken the way men speak,
the bread and life for the soul.
God, who renews the air and the rain,
began raising the fallen walls of my dreams
and leading me through unknown paths.
One day, people shouted near me:
Augustine, priest!
I learned that life is not to be saved through
egotism, fear or cowardice,
and that, from the morning of the Incarnation,
the unending list of those who serve God as a vocation was opened.
I was also called to be a bishop.
Thus I saw myself for thirty-four years
as pastor of Hippo,
with the sea before me,
with its and immensity,
and a thousand daily tasks on my desk.
I confess these things
so that you will also hear the call
To search, to truth and to happiness
without end.
I do this
so that you will raise the mast of unconditional love
at the centre of your life,
because to act against love
is to act God
and against yourself.
I was happy then,
searching without questions,
loving meekly, excluding no one.
I meditated, preached, wrote without arrogance,
as the eternal pupils we are,
in the school of the one and only Teacher.
I fed my roots
in the fountain of interior life.
I discovered there, on returning from exile,
my true portrait;
I heard the rumor or my feelings,
I kissed the image of God
that I found under my skin.
I live like one who reaches one hundred years backwards
and comes closer a few steps each hour
to that God
who has placed in us a thirst for all
and has created us for freedom.
To love, to love is what matters.
To stretch the hands to give,
even if you fold them back empty of recompense.
Life is to give
and to be smaller each day
just like the diminishing torch that illuminates.

Dawn huma biċċiet minn ħajtu – traċċi u karikaturi, fwawar u qrara! – tant hemm x’tgħid fuqu dar-raġel.
Jekk xi ħadd ħass widnejh jistonaw għal ċertu dettalji, dawn kienu kliemu ezatt, l-esperjenza tiegħu..bħalma hi fl-esperjenza differenti tagħna lkoll li aħna nsibu lil Alla.

X’qed jgħidilna lilna llum? Zgur li kull ħaġa li jgħid iddur dejjem mal-ħajja..mill-ġdid b’mod poetiku…bħal noti għal-vjaġġI tagħna:

• Il-ħajja ħobbuha, għixuha, tħabtu għaliha, iskru fiha, bill subgħajk fiha, agħti sehmek. Sakemm ma tarawhiex skop biss għaliha nfisha (hemm issir idolatrija u allura dnub), il-ħajja hi l-post fejn tiltaqgħu ma’ Alla. Il-ħajja hi don, barka, misteru, avventura, ħolma. Jgħodd kemm tħobb, kemm tħalli qalbek u idejk miftuha.
Il-ħajja hi kemm tagħti, li tkun Iżgħar kull ġurnata (umli) bħal fjamma li iktar ma tinħall, iktar tixgħel u tiddi.

• Tibzgħux minnkom infuskom. Jien ġieli rajt lilli nifsi ġgant u ġieli qist lili nnifsi xejn! Imma tħarsu qatt lura. Jgħid: jien wieħed li qisni miexi mitt sena lura u ftit passi fis-siegħa ‘l quddiem. Imma ma jimpurtax. Aħjar mill-bniedem hekk, milli wiehed li jaħseb li wasal u fil-verita’ jibda jmur lura. Int ibqa dejjem terraq il quddiem..ġieli zzappap, ġieli tigri, ġieli tgħejja, ġieli tistrieħ..imma l-aqwa li tibqa dejjem sejjer.

• Għalik innifsek ibqa ixtieq dejjem l-aħjar. Tikkuntentawx bil-medjokrita’, bix-xejn, bl-illuzjoni bil-gidba..kif għamilt jien. Domt ħafna ngħid ‘dalwaqt’ u u dal-waqt ma jasal qatt. Tibzgħux tallu intomm stess warajkom dak li qed joħnoqkom u tibzgħux tieħdu r-riksju li ħafna tant jbatu biex jieħdu. Aħjar ir-riskji u r-riħ ta’ barra, milli t-tentazzjoni tal-ġnien mizmum tajjeb u prottet.

• Tibzgħux tfittxu l-verita’, dwarkom stess u madwarkom. Ħadd m’għandu l-verita’ kollha fih. L-verita’ hi dejjem ikbar minna, aħna qaddejja tagħha mhux hi tagħna. Jien kont wieħed li ktibt ħafna, għedt ħafna. Imma Alla ma jridx l-elokwenza tiegħi u kliemi..imma qalbi. Illum fis-skiet tiegħI nista nifhem iktar lil Alla!

• Ibqgħu ħobbu lil Alla, fl-esperjenza partikulari tagħkom, b’ġisimkom, mhux mingħajru, bl-emozzjonijiet tagħkom mhux mingħajrhom, bil-karattru tagħkom, mhux mingħajru..dan Alla tagħna: fraġli, dgħajjef, qaddis, li ssibu f’kul tbissima, bewsa, sempliċita’, wara r-rixtellu tal-maħfra u tal-mogħdrija u f’kull ġest ta’ mħabba. Dan Alla li bħal m’għamel miegħu, jaf jesplodi lil qalbi bil-ferħ, b’ħafna tenerezza u b’ħeġġa kbira biex inħobbu u nibqa ngħix għalih. Hi din l-attitudni li tagħmel d-dinja iktar umli..inqas arroganti.

• Għalhekk tifhem kif dar-raġel, miet iva ftit inkwetat għax ra l-beltu tinqered, imma mhux iddisprat għax kien jaf f’min emmen. U baqa sa l-aħħar innamrat mal-ħajja.
• Dan hu Wistin: iż-żgħażagħ-adult, qisu għadu hawn, ħdejna, wiehed minna..u b’mod misterjuz ħafna, illum tant sekli wara… għadu jkellimna bl-istess passjoni li biha għex. Kliemu ma żvintax!

C: It-talba – Alla tiegħi hu żagħżugħ (Juan Arias)

F’Alla tiegħi hemm il-frisk tas-sebħ!
Alla tiegħi huwa t-twelid.
Għalhekk hu dejjem żagħżugħ.
F’Alla tiegħi m’hemmx żerriegha ta’ mewt.
Alla tieghi ma jistax jixjieħ.
Huwa l-milja, il-maturita’ dejjem żagħżugħa.
Huwa jum bla tmiem.
Huwa żgħożija kontinwa.
Għalhekk huwa l-ħajja.

Li wieħed ikun żagħżugħ ifisser li jixbaħ lil Alla tiegħi.
Għalhekk fil-fond tal-qalba ta’ kull maħluqa hemm moħbija xewqa sigrieta ta’ żgħożija.
Għalhekk ħadd ma jixtieq jixjieħ.
Għalhekk jitnikket kulmin jimxi lejn l-għabex.
Għalhekk teżisti ġibda misterjuza fix-xiħ lejn iż-żagħżugħ u ħelwa-morra ta’ nostalġija għajjura.
Iż-żgħożija hija l-milja ta’ l-illuzjoni, hija maturita’ ta’ għotja, ta’ fantasija, ta’ tama, ta’ gmiel.
Hija l-iva ta’ l-imhabba.
Huwa ehfef għaż-żagħżugħ milli għax-xih li jagħti ħajtu.
Eħfef għaż-żagħżugħ li jkun eroj, li jinħaraq għal idea.
Fiż-żagħżugħ l-mħabba tbaqbaq dejjem bis-saħħa verġni tagħha.
Iż-żgħożija m’hix mogħdija minn post għall-iehor, m’hix apprendist jew novizzjat.
Hija l-waqt sublimi li jagħti sens lill-ħajja; hija s-siegħa tad-deżizjonijiet kbar; hija l-quċċata ta’ l-ispontanjeta’.
Huwa l-aħjar waqt biex wieħed jisma’ leħen Kristu meta jghid: “Dak li ma jissugrax ħajtu jitlifha.”

Għalhekk, ħadd ma hu matur, ħaj, għammiel, jekk ma jikkonservax, matul il-ġiri bla hniena taż-żmien, is-safa, l-illuzjoni, l-egoizmu, l-ispontanjeta’, il-ħeffa taż-żagħżugħ.
Huwa divin dak biss li f’ruhu ma jħallix li jixjieħ.

Għalhekk, lil Alla tiegħi żagħżugħ, Alla tiegħi qalil f’żgħożitu, Alla tiegħI neċessarjament żagħżugħ, isibuh difficli dawk li meta jixjieħu u jitilfu l-aħjar valuri jippruvaw bħala konsolazzjoni kiebja jipprojettaw fih il-faqar tat-telfa taghhom u jgħolluha bħala kategorija tal-ġid.
U jixtiequ, kieku, li Alla tieghi jaħsibha bħalhom, iħoss bħalhom, iħares lejn id-dinja u kulma fiha bil-lewn għajjien ta’ għajnejhom.
U jsejjħu esperjenza dik li x’aktarx hija disilluzjoni.
U jsejjħu maturita’ dak li min jaf hux għejja.
U jsejjħu prudenza dak li hu biss konformizmu.
U jsejħu fertilita’ dak li zgur m’hux ħlief l-iggranfar ma’ l-aħħar loqmiet ta’ ħajja.

Imma Alla tiegħi hu dejjem żagħżugħ.
U meta l-bniedem jixjieħ f’ruħu, Alla jibqa’ żagħżugħ.

Għalhekk Alla tiegħi huwa dejjem eqreb lejn dawk li huma l-iżjed żgħażagħ f’kull mument ta’ l-istorja.
Alla tiegħi hu żagħżugħ għax dejjem jistenna; għax jaf jaqra t-tjieba moħbija fil-ħwejjeġ maħluqa; għax jaf jisma’ l-ħoss imperċettabbli tal-ħajja li tinbet kullimkien biex id-dinja tibqa’ żagħżugħa.

Alla tiegħi żagħżugħ jaf li fl-aħħar tirbaħ il-ħajja.
Alla tiegħi m’għandux id-difetti taż-żgħażagħ, izda lanqas il-vizzji tax-xjuħ.
Alla tiegħi għandu l-kwalitajiet ta’ kulħadd, iżda fih kollox huwa mxappap biż-żgħożija, għax Alla tiegħi huwa ż-żagħżugħ ta’ dejjem, jew ahjar, hu dejjem żagħżugħ.
Alla tiegħi huwa dak li jġedded kollox, jiġifieri li jagħmel kollox żagħżugħ.
Alla tieghi huwa dak li fl-aħħar taż-żminijiet jibda, bil-qawmien ta’ kollox, iż-żgħożija dejjiema tas-sekli.

Fr Ray Francalanza osa