Avvizi: Weekend 14-15 ta’ Jannar, 2012

Parroċċa Santu Wistin

• Għada/Illum il-Ħadd 15 ta’ Jannar, hu l-jum li niftakru f’ħutna l-Immigranti. Din is-sena il-messaġġ tal-Papa għandu t-tema “Il-Migrazzjoni u l-Evanġelizazzjoni l-ġdida”. Tajjeb li bħal lum nissensibiliżżaw lilna nfusna b’mod reali dwar din it-traġedja umana u l-aspetti kolha tagħha, waqt li nkompli nħallu qalbna, djarna u pajjizna miftuħa u ħielsa minn kull preġudizzji.

• Nhar it-Tlieta 17 . . . → Read More: Avvizi: Weekend 14-15 ta’ Jannar, 2012

2 Ħadd – Sena B

Illum mhux ‘omelija’…bħas-soltu…xtaqt naqsam biss ftit ħsibijiet..qishom kwadri..dwar din it-tema tas-sejħa li llum il-kelma titlobna nirriflettu dwarha. Forsi mpreċiżi..mhux ezatti..imma ħierġin mill-qalb. Ħuduhom… qishom ilħna… ġejjin…minn ħafna kmamar…jew eku tal-ispirtu tiegħi!

L-ewwel kwadru…meta s-sejħa għandha x’taqsam ma’ talenti.

• Aħna l-ħajja ma nibdewhiex kollha bl-istess mod, l-ewwel passi jew rankatura jkunu differenti wkoll. Anke kif inħarsu lejna nfusna (nemmnu . . . → Read More: 2 Ħadd – Sena B

Avvizi: Weekend 17-18 ta’ Diċembru, 2011

Parroċċa Santu Wistin

• Nhar it-Tlieta 20: Jum il-Ħniena Divina. Quddiesa u mument ta’ adorazzjoni @ 7.15pm.

• Nhar il-Ħamis 22: Il-quddiesa tan-novena fil-quddiesa tas-7.15pm se tkun dedikata għat-tfal li qed jattendu iċ-ċentru tad-Duttrina flimkien mal-ġenituri tagħhom. Inħeġġuhom nattendu għal din l-Ewkaristija flimkien.

• Is-Sibt 24: Lejliet il-Milied.

A: Jkollna l-ewwel il-quddiesa tal-Vġili fis-7.15pm. Din tkun mmexxija mill-Provinċjal Fr . . . → Read More: Avvizi: Weekend 17-18 ta’ Diċembru, 2011

Marija Omm Alla – Jum il-Paċi: Sena B – 2012

• Għalina li mdorrijin inkejjlu ħajjitna ma’ l-arloġġ, mal-ġimgħat u s-snin, dan il-lejl/jum hu speċjali. Tarah fil-kalendarju hu ġurnata oħra bħal l-oħrajn… li jagħmlu differenti hu għax jimmarka tmiem ta’ sena u bidu ta’ sena oħra ġdida. Bħal llejla nħossuna qisna fl-antiporta…lesti biex mmiddu/ nixirfu saqajna fis-sena l-ġdida! Kif issa sar ritwal, f’dawn l-aħħar jiem il-media kollha . . . → Read More: Marija Omm Alla – Jum il-Paċi: Sena B – 2012

4 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

Li aħna mhux tal-ħadid, fraġli, dgħajfa u ħafna drabi nzappu fil-mixja tagħna…tifhimha! Li ma nifhimx jien… huma ċertu stunaturi jew kontradizzjonijiet fina li nindunuw bihom u b’għazla konxja nibqgħu nippersistu fihom..jew inkella naħsbu li tagħna huma affarijiet zgħar… li m’huma xejn! U sena wara sena nibqgħu ġġamjati fihom..jikkankraw fina u jikluna ftit ftit kuljum!

• Nitkellmu kollha . . . → Read More: 4 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

3 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

• Kieku kellna mmissu/nidħlu fiċ-ċentru tal-esperjenza tagħna…nsibu qisha disease jew kundizzjoni li ma titfejjaqx daqshekk malajr…ċerta nuqqas ta’ kwiet (disquiet)…donnu xejn ma jxebbana/jimlina 100% (restlessness)…ċerta loneliness, xewqa, yearning, karba…għal xi ħaġa li qatt ma nistgħu nsemmgħu/nidentifikaw ezatt. U ma tafx x’jista jissodisfa din l-enerġija kollha li hemm fina!

Nimlewha kemm mitt mod..vera (l-compensations tagħna – affarijiet . . . → Read More: 3 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

2 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

Illum fit-tieni ħadd tal-Avvent, il-kelma ta’ Alla tkellimmna minn triq…it-triq tagħna personali. Aħna ħafna drabi naqgħu fit-tentazzjoni li naħsbu fuq toroq oħra…ta’ ħaddiehor …ta’ x’mkien iehor.

(a) Insemmu t-triq li fiha miexja s-soċjeta..niddibattu ad eternum fuq ir-riċessjoni, fuq kif kif qed jinbidlu ż-żminijiet. (kif qed ngħixu fil-familja, bħala soċjeta’ in ġenerali, kif qed ngħixu l-fidi)..hawn issib . . . → Read More: 2 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

Solennita’ ta’ Kristu Re – Sena A

• Xi drabi fil-ħajja jqumu nies li b’dak li jgħidu… b’li jagħmlu… u bil-mod kif jgħixu… joffru stil ta’ ħajja kwazi…. ħolma..jipprovokaw l-ambjent…. jsiru leġġendi ħajjin…(ġieli jinkitbu kotba dwarhom, jinħadmu films…jsir magħrufha). Jiġuni f’moħħi: Obama (ħalliha li llum m’għadx jgawdi l-istess popolarita’ li kellu 4 snin ilu)…kien qajjem l-ispettru ta’ Martin Luther King – dil-ħolma li kellu . . . → Read More: Solennita’ ta’ Kristu Re – Sena A

Avvizi: Weekend 19-20 ta’ Novembru, 2011

Parroċċa Santu Wistin

Din il-Ġimgħa:

• F’dan il-weekend li ġej, il-ġbir li jsir fil-quddies kollu tal-Knejjes f’Malta jmur għall-Fond tal-iskejjel tal-Knisja.

• Għada/ Illum Il-Ħadd, l-Knisja tfakkar il-Festa liturġika ta’ Kristu Re. L-attivita’ djoċesana din is-sena se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera fl-4.00pm.

• Matul il-ġimgħa d-dieħla (21-25), l-uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq minħabba li l-Kappillan għandu l-irtir annwali tiegħu. . . . → Read More: Avvizi: Weekend 19-20 ta’ Novembru, 2011

Avvizi: Weekend 12-13 ta’ Novembru, 2011

Parroċċa Santu Wistin

Din il-Ġimgħa:

• It-Tnejn li ġej 14 ta’ Novembru: Il-kappillan se jiltaqa’ mal-ġenituri tat-tfal tal-Preċett, tal-Grizma u tal-klassijiet kollha in between fil-5.00pm fil-knisja. Importanti li l-ġenituri jattendu dan il-mument – waħda minn tlett laqgħat – li l-iskop tagħha hu li ssir formazzjoni flimkien u fl-istess ħin niddiskutu affarijiet oħra . . . → Read More: Avvizi: Weekend 12-13 ta’ Novembru, 2011