Merħba

L-ewwelnett ‘merħba’ tassew mill-qalb lilek li dħalt fis-site tal-parroċċa tagħna.

Qed nikteb dinir-riflessjoni meta ili sitt xhur fil-parroċċa – almenu mid-data l-pussess li sseħħ nhar il-Ħadd 22 ta’ Awwissu 2010 – u fi żmien meta xtaqt li nagħtu vizwal u kontenut ġdid lill-website tagħna li taf tkun mezz iehor ta’ kuntatt. L-ewwel ħsibijiet li bdew jiġuni kien li nagħmel sempliċi merħba formali jew li ngħid xi ħaġa fuq il-Parrooċċa tagħna…imma mal-ewwel bdejt inħossni skomdu jekk nagħmel hekk. Dan għaliex il-parrooċa tagħna (ta’ kulħadd…kull knisja u zona) huma kollha parti – ċellola – minn rejalta’ ikbar – komunita’ ikbar ta’ persunu li tissejjaħ: Knisja.

Naturalment din il-kelma tista’ tfisser ħafna affarijiet għal ħafna persuni differenti. Karl Rahner, wieħed mit-teoloġi validi ta’ żmiena, darba wissa, li m’għandna qatt nassumu li kull min qed jgħix fl-istess żmien, neċesarjament jaħsibha bħal istess ġenerazzjoni tiegħu! U din ngħixuha u mmissuha b’idejna ‘l ħin kollu kemm fuq livell ta’ familji, pajjiz, knisja u wkoll fuq kull issue ohra imminaġabbli mis-sema ‘l isfel. F’dan id-daħla xtaqt li nieqaf biss fuq din il-verita’ fi ħdan il-knisja u l-komunijiet insara tagħna. Għax anki fil-knisja ħafna drabi ngħaddu minn ħafna tenzjonijiet, frott id-diversi sfumaturi u enfasi li npoġġu jew nagħtu lil diversi aspetti fi ħdan l-istess knisja.

Jien personalment, inħoss, li għalkemm ħafna drabi dawn it-tenzjonijiet jafu jġibu magħhom ħafna tbatija, pero’ minn naħa l-oħra ma’ nqishomx bħala negattivi jew li se jġibu xi theddida partikolari. Anzi! Qed ngħid dan ghax meta naħseb fi kliem Ġesu’ meta qal li “f’dar Missieri hemm hafna għamajjar”, ma naħsibx li kien qed jitkellem minn bini jew xi ġejografija tas-sema imma minn ‘qalb’. U din il-qalb immensa ta’ Alla naraha bħala l-oppost ta’ kull grupp settarju li jista’ jitfacca minn żmien għal żmien..u minn dawn hawn mhux ħazin, jew minn xi grupp iehor ta’ persuni li tant jitqabdu biex jiddefendu aspett wieħed biss kemm fuq livell ta’ prinċipju jew idelogija imma mbagħad jinsew l-istampa kollha. Bir-riskju li dawn it-talin jaħsbu li tagħhom hi l-unika verita’ jew l-unika triq ċerta!

Il-knisja tal-ħolm tiegħi hi differenti. L-idea tal-komunitajiet tagħna hi wkoll differenti. Din il-ħolma kabbartha fija f’dawn l-20 sena li ilni sacerdot, għextha kif stajt fl-ambjenti fejn kont u issa niprova fejn qiegħed illum, u hu veru wkoll, kif diġa’ semmejt, li mhux dejjem tkun faċli, anzi ħafna drabi jkollok tħallas prezz għoli għal ċertu twemmin (xi kultant b’mod sottili u ġieli wkoll b’mod selvaġġ!). Imma mbagħad nsib faraġ kbir fil-qari tal-Iskrittura u meta fit-talb nipprova nifhem l-Ispirtu ta’ Ġesu’ u ta’ l-ewwel insara. U għalkemm jkolli nammetti li ġieli ngħaddi minn burdati kbar ghax tant tara ċerti idejali u ħolm li jibdew jsiru frak, pero’ mbagħad tant ngħolli l-ispirtu tiegħi ‘l fuq meta niltaqa ma’ persuni oħra li b’ħajjithom jkun qed jiftħu tieqa fis-sema u allura anki jien nista’ nara xi ftit ahjar!

F’din il-knisja tal-ħolm tiegħi, hemm par idejn tant kbar li kapaċi jgħannqu lil kulħadd. Il-Knisja tal-ħolm tiegħi hi dar kbira b’intrata kbira wkoll u b’ħafna kmamar li fihom jistgħu jidħlu jgħixu persuni ta’ kull sfond ta’ ħsieb. Qed nenfasizza dan l-aspett wieħed biss, għax inħoss li ma’ kull argument li niddefendu fil-ħajja, ħafna drabi mbagħad b’konsegwenza, nkunu qed nagħlqu bibien ta’ kmamar ohra..bir-riskju li dawn, jaħasra, jibqgħu vojta.

Nifhem li dak li qed ngħid mhux faċli. Imma jien ma tinkwetanix li m’għandix iċ-ċavetta għal kull problema li tista’ tqum. Kif nista? Li zgur għandi hi, fidi hafna ikbar f’Alla milli f’moħħi u fis-sahha tiegħi (taghna), li jaf jmexxi l-vapur Hu qalb l-ibħra u l-imwieġ kollha fil-vjagg tal-ħajja sakemm jwasslu (b’vapur hawn qed nifhem lill-knisja) sal-port aħħari, li wara kollox hu Hu stess. Għal whud li jenfasizzaw l-ordni u l-kontroll akkost ta’ kollox, dan jista jidher perikuluz jew riduttiv..imma għalija hi fidi sinċiera f’Alla tiegħi, waqt li ma’ kull ġurnata li tgħaddi minn fuqi nipprova nifhem Alla xi jrid minni bħala sa erdot.

Intant it-tenzjonijiet fil-knisja qegħdin hemm u mhumiex ftit:

• It-tenzjoni bejn il-liberali u l-konservattiv.
• It-tenzjoni bejn it-teoloċiku u d-devozzjonali.
• It-tenzjoni bejn il-liturġija u l-pastorali.
• It-tenzjoni bejn il-Kelma u l-Ewkaristija.
• It-tenzjoni bejn il-ġustizzja soċjali u moralita’ privata.
• It-tenzjoni bejn il-profezija u l-istrutturi.
• It-tenzjoni bejn il-programmi li noħolqu u l-mogħdrija.
• It-tenzjoni bejn l-entuzjazmu u l-istabilita’.
• It-tenzjoni bejn il-komunita u l-karizma ta’ l-individwu.
• It-tenzjoni bejn ix-xenxilli u s-sempliċita’ ta’ hajja.

Jekk dawn il-poli differenti ma narawhomx b’mentalita’ difensiva, jew li qishom huma biss għandhom il-milja/l-istampa kollha, allura nafu nsibu mod iktar bilanċjat u oġġettiv kif naraw dawn l-angolaturi differenti. Biex nagħti ezempju: fit-tenzjoni bejn l-aspett teoloġiku u dak devozzjonali, fejn se nsibu l-bilanċ bejn il-qalb u l-moħħ? Ifhem argumenti kien hemm u se jibqa jkun hemm dejjem favur jew kontra, imma li nħoss li rridu nagħtu kaz sew hu, li fil-ħeġġa tagħna (ħa nsejjħilha hekk!) biex niddefendu xi naħa jew oħra, f’dak kollu li jista’ jkun magħġun fina bħal karattru, personalita’ karzimatika jew le, il-bżonn tal-mument, iż-żifna li nħossu li għandna niżfnu f’tali hin partikolari, l-ideologiji li jkollna mlaħħam fina sa minn snin qabel… f’dan kollu rridu naraw li l-knisja li qed nibnu u niffurmaw għal gejjieni tkun tirrifletti fuq kollox il-ħniena, l-mogħdrija, t-tgħanniqha u s-sbuħija ta’ Alla.

L-ewwel bnedmin li ħabbew lil Alla ma kellhomx dar fissa imma kienu jimxu dejjem, jistrieħu biss f’tined li kienu jtellgħu, imma mbagħad l-għada mas-sebh, kienu jerġghu jkomplu l-mixja. Din il-verita’ storika fiha sens kbir figurattiv u metaforiku. Ejja nitolbu biex ma ngħixux biss fil-passat imma nidħlu fi djalogu kontinwu u reali mal-bniedem tal-lum, biex ma ninqaflux f’ritwali meta nistgħu nwelldu ħajja friska, biex ma nkunux biss dawk li jiġbdu l-folol imma li nfittxu lil mitlufa, biex ma nerġghux lura għad-djalettika antika ta’ aħna u huma … u tant ezempji oħrajn. Kif taraw il-lista tista’ tibqa sejra kemm tridu.

U hekk nixtiequ jibqa’ wkoll l-ispirtu tieghi: jfittex, jitħabat, jifraħ b’kull zerriegħa ta’ tama li nara. Kemm nista’ nipprova wkoll ma naqtax qalbi iktar, imma zgur se nibqa naħdem ħa nġib biċċa mis-sema hawn isfel. Għax meta jirnexxili nittawwal ftit lil hinn mix-xefaq tal-ħajja ta’ kuljum, ninduna li hemm fuq.. hemm sbuħija bla qies.

Dan hu wkoll li nixtieq nagħmel fil-parrooċċa tagħna li tagħha ġejt imsejjaħ biex nkun ragħaj.

Rev Fr Ray Francalanza osa S.Th.D
Kappillan