St Augustine's Parish Church

5 Ħadd tar-Randan – Sena B
•	Ħmistax ilu kont qed nagħmel l-ezerċizzi tal-koppji B’Kara. Mort bl-ideja li se nsib grupp zgħir…mentri sibt knisja mimlija. Ir-randan veru għadu żmien ta’ grazzja! Kull darba li nipprova naqsam xi riflessjonijiet…hawn…postijiet oħra… anke jekk issa daqt għaddew 22 sena mill-ordinazzjoni…dejjem f’qalbi nħossni żgħir/ humbled…tappreza li hemm nies li qagħdu  jinqalgħu minn djarhom biex jisimgħu kelma..il-Kelma ta’ Alla. Jalla jibqalna dan l-għatx!  Tħoss fik ċerta tenzjoni għax taf li trid tkun fidil għall-kelma ta’ Alla – dik trid tgħid mhux ta’ moħħok! – u ejja ngħiduha kif inhi… għalkemm hi kelma li lilna tbidlilna ħajjitna u ssaħħna mmens, ħafna drabi hi kelma ‘diffiċli’. Fis-sens li kif nafu, ġieli Ġesu’ jitlob affarijiet li narawhom tqal għalina!  Illum nifhem iktar kliem Ġesu’ meta qal: Min jrid jkun tiegħi – jrid jkun sinjal ta’ kontradizzjoni.

Minn dejjem hekk kien – il-kelma ta’ Alla… tistona/taqleb ta’ taħt fuq..mal-mod kif nirraġunaw, kif is-soċjeta’ tridna ngħixu. Għalhekk tifhem ċerti attakki sottili u selvaġġi minn kull qasam kull darba li l-kelma tixxandar, jew tiġi mgħixha. Araw x’jiġri kull darba li l-Papa jiftaħ ħalqu, kull meta l-knisja titkellem fuq xi aspett jew iehor (anke jekk ġieli jidhru sinjali ta’ kontradizzjoni fiha wkoll…ie fina!), kull meta nagħfsu fuq temi ‘jaħarqu’ bħall-ħajja, l-fedelta’, s-soliderjata’, l-imħabba bla ebda kundizzjoni, il-ġustizzja, l-ugwaljanza ecc.

Dawn saru jistunaw wisq llum fil-widnejn ta’ wħud! Infatti min (a) jagħmlilom gwerra..anke joqtlu l-messaġġiera biex joqtlu l-mesaġġ!, (b) min jinjorohom, u (c) min jipprova jiddomestikahom! (Din saret lixka fina llum f’ħafna livelli…qisni qed nillostra s-salib!) Naturalment hawn jien li qed ngħid hu iktar għal stil ta’ ħajja milli sempliċiment izzomm ċertu prinċipji….għalkemm li tfakkarhom hu meħtieġ ukoll! Qatt ma kienet faċli…min qatt jista jgħodd kemm nies batew għall-fidi tagħhom !….u l-ħaġa donnu qed tikkarga itar llum. Naturalment aħna dan ma jaqtalniex qalbna ..kien Hu stess li wegħdna li kliemu ma jinqerdix. Sta issa f’idejna kemm se nkunu fidili fis-sejħa tagħna.

Illum il-kelma ta’ Alla, hekk kif ir-randan qed jibda jersaq lejn tmiemu ftit ftit, tfakkarna f’kelma li wkoll tistona mal-ambjent tal-lum. Hu l-misteru tat-tbatija li bħalma tafu jaf jieħu diversi forom u suriet fil-ħajja.  Illum smajnih hu wkoll jgħid: “Issa qed inħossni mħawwad…. Missier salvani”. Iktar ma jersaq il-jum tal-Mewt ta’ Ġesu, il-kelma titlobna b’iktar insistenza, biex nirriflettu dan il-misteru kbir tat-tbatija, tas-salib u tal-mewt ta’ Ġesu u x’qed jgħidilna f’ħajjitna konkretament. U kliemu smajnih: Hemm tlett mumenti..imma l-istess mesaġġ:

(a) 	Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa weħdiha; imma jekk tmut tagħmel ħafna frott.

(b) 	Min Iħobb lil ħajtu jitlifha, imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jżommħa sħIħa għall-ħajja ta’ dejjem.

(c) 	Jekk xi ħadd jrid jaqdini, dan għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien hemm jkun il-qaddej tiegħi.

Huma kliem iebsa li jistonaw f’widnejna : mewt –  titlef ħajtek –  qaddej. …anki għax jmorru kontra n-natura stess tagħna li trid tgħix, ma tridx tbati, u diffiċli li tkun qaddejja. Imma għalina li nemmnu, dawn il-mumenti fihom tifsira speċjali..speċjali għax jgħaqqduna mal-misteru ta’ Kristu stess….

Xi riflessjonijiet:

1:	Ir-realta’ li biex tagħti l-ħajja trid tmut: Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa weħdiha; imma jekk tmut tagħmel ħafna frott. Mhux dejjem nifhmuh dan il-kliem…infatti hemm  min min ma jikber qatt (tarahom nies hekk…il-peter pan etern); hemm (b) min jezizti biss (nies ossessjonati li jippreservaw lilhom infushom biss..bla qatt ma’ jingħataw jew jwelldu xi ħaġa); hemm (c) min jibqa shallow…vojt..duħħan..jilgħab kien u jilgħab għadu fit-toys u l-fsied tiegħu, għami kien u għami jibqa – ‘għami’ fil-medjokrita’, fl-għass, fil-qalb magħluqha; hemm imbagħad (d) min qatt ma xieref lil hinn barra minn ħajtu u l-kumditajiet tiegħu – l-prima donnas etermi …nisa u irġiel..kollox jdur magħhom u dwarhom biss… it’s all about me, me, me!  Għal min hu hekk – dan hu motiv ta’ ħasra kbira/ħajja moħlija – parti mill-karnival perpetwu li ħafna daħħluha f’rashom li jibqgħu fih…bi prezz kbir u evidenti għalihom u sfortunament għal ħaddiehor!

Il-ġid – skond il-loġika tal-vanġelu –  dejjem isir bi prezz. U mhux biss in-nies il-kbar li nafu bihom…tipo Mt Tereza li z-zerriegħa tagħha welldet eluf kbar ta’ segwaċi. Nafuha wkoll mill-esperjenza: min jrid jwelled xi ħaġa tkun xi tkun –  familja, imħabba, vokazzjoni, xi proġett..insomma tkun xi tkun … dejjem hemm element ta’ tbatija, ta’ mewt. U ġieli jiġri lanqas tilħaq tara r-rizultat. Tista’ ssaqsi… imma xorta ma’ tifhimx kollox: tgħid forsi biex l-intenzjoni tibqa verament pura? Tgħid biex dak li tagħmel tagħmlu għalih biss? Hi loġika stramba imma donnha hekk hi.. donnu meta jridha Alla l-ħaġa tinduna minn kif timxi..għax iktar ma ssib kuntlarju/tbatija…iktar tirnexxi. Hi pattern li ssibha kullimkien u fl-isferi kollha…imma għal min jemmen f’Ġesu’ m’għandux jaqta qalbu. Illum hawn min donnu l-paġna tas-salib  jrid jeliminha – rridu Kristu biss li miegħu nħossuna komdi.. Imma Kristu – l-veru Kristu – tana mod kif naffrontaw it-tbatija mingħajr ma niddispraw u nitfixklu. Hu biss jekk ninqatgħu minnu – li nitgerfxu zgur. U nafu llum mill-esperjenza xi ġralna għax qed immexxu weħdina..mingħajrU!

2:	Imbagħad din li  “titlef ħajtek”…”li tmut għalik innifsek”, fiha tifsira prattika ħafna wkoll. Marbuta ma’ l-ideja li jsemmi Gesu stess li nkunu ‘qaddejja’:

•	Immut għalija nnifsi – die to self –  nara x’patterns u attitudnijiet qed joħonquni u naħdem fuqhom. Tista’ tkun suppervja, egozimu, arroganza, paternalizmu li jifga, il-messiah syndrom, – attitudni patronizzanti,  li dejjem għandek raġun f’kollox int, imewwet l-aġendi u l-ħolm tiegħI għalih, biex naqsam iktar id-doni  u kullma  tani Alla. Aħna niktbu fl-irħam u fil-bronz (iffissati b’din – l-lapidi tagħna – imma Hu jikteb fit-trab).

•	Tmewwet ġo fik  – is-sigurtajiet foloz tiegħek: (attitudnijiet li xejn imbagħad ma jċaqilek minnhom)  – tant issir komdu fil-ħajja tiegħek, fil-vizzji tiegħek, fl-istil tiegħek, fit-toys tiegħek, li tibda’ taħseb li int… iċ-ċentru tad-dinja, (il-protagonizmu),  li tiegħek hi l-ikbar tbatija, li int ġustifikat li tirrabja, tindanna, li ma tgħinx eċċ eċċ. F’dan il-kwadru jidħol id-diskors tas-sagrifiċċju..kemm meta jaħkimna vizzji li nafu kemm rridu nagħmlu sagrifiċċju ikbar biex ineħħuħ..imma anke għal raġunijiet oħra: ez. tagħmel sagrifiċċju u tara saħħtek titjieb, l-kalma ġejja lura d-dar, l-kwiet jikber fil-kuxjenza.

•	Meta ngħaddi minn dal-proċess ta’ tisfija – allura nsir  qaddej, dixxiplu. Jien ngħid aħjar nagħmel miljun zball u naqa biljun darba milli neħel u niġġamja u nispiċċa bitter, rrabjat u patetiku. Qaddej u dixxiplu – anki jekk is-soċjeta’ tipprietka l-maqlub….tisfija mill-egos tagħna li tant huma kbar u over inflated li ħafna drabi huma ostaklu kbir għal growth vera tagħna.

Fi ftit kliem għalhekk:

•	Xejn milli għandna jew nagħmlu – fama, fortuna, saħħa, dehra/good looks, l-attivitajiet tagħna..kemm għandna!, isem tajjeb, virtu morali, fedelta’ reliġjuza, il-prattika ta’ ġustizzja soċjali – xejn min dawn ma jmiss il-qalb ta’ Alla daqs l- qadi/l-għotja tiegħek lil oħrajn. Din hi l-loġika tal-vanġelu..li għad rridu nħalluha tixxukjana. Il-qawwa ta’ Alla f’din id-dinja qatt m’hi l-qawwa tal-forza, tal-ispeed/ġiri, tas-suċċess, tal-ambizzjoni,  tal-attrazzjoni fizka, ta’ kemm int brillanti. Kemm nidelletaw b’dawn hawn! Il-qawwa t’Alla tidher fil-kantunieri, fis-skiet, fis-silenzju, fejn m’hemmx storbju…tinsab f’livell iktar profond (ez il-qadi ġenwin u disinteressat)… u hi din li hi l-aħħar kelma. U fuq din biss se jsaqik fl-aħħar ezami li fih se tkun waħdek!

•	Tinduna li qed tkun tassew dixxiplu ġenwinament meta int tmut għal dak li jkun..konkretament/tagħti minnek innfsek fil-prattika. Din tfisser ukol lli tbierek lil dak li jkun..mhux kwistjoni ta’ kliem biss. Attenti minn pseudo qadi/servizz li qed jsir kummerċjalizzat/negozju, divertiment. (Dixxipli ‘imħallsa’)

•	Fl-aħħarnett biex tħobb bħal Kristu jrid joħroġlok…. l-għaraq tad-demm (kif ġralu hu fil-ġnien tal-Ġetsamani)… u għalhekk jeħtieġ tieqaf tibqa ossessjonat biss bik innifsek (din hi tentazzjoni sottili u qattiela..lapidi, ritratti, glorifikazzjoni tal-persuna, dejjem fil-limelight….dan hu spirtu qattiel li daħal kullimkien, politika, knisja, gruppi…mentri trid tkun bil-maqlub: aqdi għax għandek taqdi..aqdi għal Alla!)  Trid (a) tkisser kuljum l-ixkuma tal-egoizmu tiegħek, trid (b) tqum mill-fsied u l-qziez tiegħek – il-mixja mis-self pampering għal self-sacrifice.

U l-mudell f’dan kollu…. ejja nkunu ċari mhumiex l-artisti moħħom biss fd-dehra… imma dawk li s-sinjali tal-għejja jidhru f’ġisimhom sew. Jien ‘naqla’ nisma ċerta kelliema superfiċjali moħħom biss fuqhom nfushom – jieħu gost jisimgħu lilhom infushom – kif għedt…its all about me, me, me, imma lest nemmen u nsegwi xi ħadd li qalbi tgħidli li hu ġenwin…il-ħasra li dawn ħadd ma jistiedinhom biex jitkellmu!

•	Mulej kompli agħtini qalb ġdida, ġeneruza, u li nibqa miexi warajk kuljum.

Avvizi: Weekend 21-22 ta’ April,2012
Parroċċa Santu Wistin

1:	Għal grazzja ta’ Alla temmejna t-tberik tal-familji kollha fil-Parroċċa u nixtiequ nirringrazzjawkom minn qalbna ta’ kemm ilqajtuna. Għalina ukoll tkun dejjem okkazjoni sabiħa li napprezaw ħafna. Għandna ħafna tajjeb fil-Parroċċa, fil-familji, fid-djar f’kull individwu… li tajjeb li nibqghu nsostnuh anke b’ħajja ta’ talb u billi nkomplu nieħdu sehem attiv fil-ħajja tal-Parroċċa, għax b’hekk jkompli jinbena dejjem iktar spirtu ta’ komunita’, ħbiberija u soliderjeta’ bejnietna. Dawk minnkom, li meta ġejna ma kienux hemm forsi minħabba xi xogħol jew impenji oħra – u jixtiequ li jbierku d-dar/l-familji tagħhom xorta waħda – ġentilment mitluba jkellmu lill-Kappillan ħalli jiġi hu f’data miftiehma magħkom stess.

2:	Matul din il-ġimgħa, l-Ordni tagħna jfakkar tlett ijiem għeziez ħafna għalina. It-Tlieta – nfakkru l-konverzjoni ta’ Missierna Santu Wistin (titular tal-parroċċa u issa dalwaqt nibdew noqorbu ftit ftit biex niċċelebraw il-festa tiegħu fit- 3 ta’ Ġunju); l-Erbgħa nfakkru lil Evanġelista – li hu l-ħarries u Protettur tal-Provinċja tagħna, waqt li l-Ħamis niċċelebraw il-festa lil Ommna Marija tal-Parir it-Tajjeb, li taħt il-ħarsien tagħha hi mqiegħda l-familja Agostinjana kollha. Il-ġrajjiet liturġiċI li nfakkru fil-Knisja jgħinuna dejjembiex… ngħollu l-ħarsa tagħna lejn is-sema minn fejn … ‘tiġina l-għajnuna’ … u nieħdu l-qawwa lkoll.

3:	Nhar is-Sibt li ġej 28 ta’ April,  Bro David Corts osa – li bħalissa kif forsi tafu, qed jagħmel esperjenza ta’ komunita’ u ħidma pastorali magħna –  se jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat,  li hu pass iehor li jqarrbu dejjem iktar lejn l-Ordni Sagri. Il-funzjoni se titmexxa mill-Provinċjal tagħna Fr Manwel Borg Bonello osa  fil-Kappella ta’ Santa Rita f’San Ġiljan fis-7.00pm u għaliha kulħadd hu mistieden. Tkun ħaġa sabiħa li nitolbu għalih, waqt li okkazjoni bħal din tfakkarna wkoll biex nkomplu dejjem nitolbu għal vokazzjonijiet reliġjuzi u saċerdotali. Sabiħ li nibqgħu niftakru fil-valur u fil-qawwa tat-talb personali fil-familji tagħna…għax minnu toħroġ ħafna barka.

4:	Il-Kap tal-iskola Primarja ta’ Sant Iermu jixtieq javza li matul il-ġimgħa li ġejja tistgħu tiktbu t-tfal li jagħlqu tlett snin sal-aħħar ta’ Diċembru għal Kindergarten. Tridu tieħdu magħkom il-karta tal-identita’.

5:	Il-familji, li wliedhom se jagħmlu l-Grizma u l-Preċett, se jkollhom żewġ laqgħat ta’ tħejjija u nformazzjoni oħra kemm mal-Kappillan kif ukoll mal-katekisti tat-tfal li jgħallmuhom.  (Dawn se jsiru fl-10 u fl-24 ta’ Mejju).  Il-ġenituri din il-ġimgħa diġa’ ħadu ittra personali fid-dar biex hekk zgur jintlaħaq kulħadd. Nixtiequ nfakkru minn issa, li dawk li se jkunu magħzula parrinnijiet, jrid jkollhom l-ittra mingħand il-kappillan rispettiv tagħhom, li biha jkunu jistgħu joqgħodu parrinijiet. Din trid  tinġabar sal-aħħar ta’ April.

3 Ħadd ta’ l-Għid – Sena B
•	L-Iskrittura mimlija b’siltiet u frazijiet li ‘l ħin kollu jtambru l-istess messaġġ: Ishru! Ġesu’ kien jħobb juzaha ‘l ħin kollu…speċi…’kunu imħejjija’…u ġieli kien jzid magħha ‘għax ma tafux meta jkun il-ħin u ‘l waqt li tkunu msejjħa’. Jekk toħroġha mill-kuntest…taf kwazi ddejjqek/tagħmlek skomdu  – għax qisu ma tistax tieħu gost fil-ħajja, donnok trid tgħix bil-pause dejjem magħfus….jew bla emozzjonijiet – u bħal fiha wkoll ċerta arja ta’ blackmail….imma meta taraha fil-kuntest kollu tal-Iskrittura…tinduna li s-sens hu iktar wiesa. ‘Li tkun imħejji’ – tfisser li tkun  – konxju/imqajjem –  ħalli tinduna minn fejn id-dlam jkun se jibda jgħolli rasu.

Ez jsemmi l-ezempju ta’ li trid oqgħod attent (a) minn dak li jkun jrid jtellek il-qorti, (b) minn ħabib li jittradik, (c) minn dak li se jisraqlek darek, (d) min dak  – iżjed – li se jisraqlek ruħek u jitfagħha fl-infern..ara min jsemmiħ llum..għax joħorġu l-kanuni kollha!, (e) min dak li se jizra s-sikrana mal-qamħ u jsemmi wkoll (g) ix-xitan li jqabblu ma’ ljun li dejjem jara li jdur biex jara lil min se jibla!

Ejja nammetuha..tkun il-ħin kollu ffukat/attent mhix faċli. Aħna – anke ġisimna – jkollu bzonn il-breaks..se jkollna patches u pockets fil-ħajja li fihom nfittxu xi sfog. Fil-verita’ il-kunċett tal-ħadd bla xogħol..kellu dak l-iskop darba! Hu s-sigriet tal-bilanċ fil-ħajja jekk rridu li l-ħajja ngħixuha b’mod ħolistiku….fil-livelli kollha: emozzjonali, spiritwali, psikoloġiku, sesswalment..anke fuq livell ta’ insights, kultura, l-għarfien tagħna nfusna ecc. Il-problema tibda’ tgħolli rasha meta… kemm fil-ħajja normali u fil-breaks..nibdew minflok nibqgħu ffukati – ifhem hawn di natura qatt ma jaf x’iġifieri għax dejjem..bla depth u stoffa – nibdew insiru aljenati u distratti. Jien ġieli nħoss li f’ċerta oqsma… sirna patoloġikament distratti.

Tarana..dejjem mgħaġġla, aġenda mimlija kull sekonda, nitilfu li ngawdu ftit il-prezent u l-affarijiet sempliċi tal-ħajja, melodramttiċI fuq ħmerijiet żgħar…sirna wisq compulsive b’mod aggresiv f’li nagħmlu, (ara l-outbursts tagħna anke sottili..id-dagħa u r-rabja f’ħakka t’għajn),  zid ma dan dak kollu li l-bambin biss jaf x’jidħol fina jew minn xhiex ngħaddu mit-twelid sal-lum…u ovvja li l-ispirtu tagħna jibda jgħejja, jinxef..insiru flat, dry, airless, iġġamjati, nirripetu l-istess ċiklu…u nserrħu rasna bil-ftit allowances li nagħtu lilna nfusna.

Veru huma fatti dawn…imma mhumiex l-aħħar kelma. Jien ċerta fatalizmu qatt ma emmint fih. Jekk ma tridx tmur f’dik it-triq..ħu l-mizuri. Din bħal ġenerazzjoni tagħna li hawn min isejjħilha ġenerazzjoni kattiva – għax tara l-prezz li qed tħallas ta’ ċerti għazliet..u xorta ma tirrimedjax u minflok tibqa’ tillapazza! Kemm nies naf hekk!

Illum il-kelma – tlaqqana mas-silta famuza ta’ Emmaws..tnejn għajjiena u distratti fil-ħsibijiet u l-bizgħat tagħhom: hi stedina biex nqumu min-ngħas tal-loppju individwali u kollettiv li ilna fih. Suppost l-affarijiet nafuhom, narawhom…imma donnu neħlu hemm….Kif ġralhom d-dixxipli fil-vanġelu tal-lum. Ġesu kien ilu jgħix magħhom għal tant żmien, miet, qam, jiltaqa’ magħhom fit-triq u ma ndunawx….ma fehmux. Mhux l-ewwel darba li ġara hekk: infatti Pietru rah gej fuq il-baħar u m’għarfuħx, Marija Maddalena ħasbitu l-ġennien u llum f’Emmaws. Għarfuh meta kellimhom fuq l-Iskrittura u waqt il-qsim tal-ħobz. Issa anki din: jew narawha biss storja ta’ snin ilu u daqshekk jew naraw għadhiex paġna li għadha tkellimna llum.  Żewġ  riflessjonijiet:

1:	Kienu mexjin – qalilna l-vanġelu…jitkellmu bejnithom….wara m’għarfuħx għax…għajnejnhom kellhom xi jzommhom…u ma ndunawx għax qalbhom ma kenitx imħeġġa.

•	Kemm tiġrilna din lilna..li qalbna ma tkunx imħeġġa..ma nindunawx lanqas bl-ovvju li jkun hemm madwarna! Assorbiti kif aħna bil-prezent! Forsi ż-żmien iġibna hekk? Forsi d-dizzapunti? X’inhu li qed jitfili l-ġamar minn ħajti?

•	Hemm sabiħ id-dettal li talabhom jispjegawlu x’kien ġara..kemm għandna bzonn nagħmluha ma xulxin din..qabel ma nfajjru l-ġudizzji. (Ix-xhiedha li nagħtu)

•	Kollox hu veru u kollox ħaj għedt!. Illum hemm aħna fiha l-istorja. Luqa jgħid li kienu żewġ dixxipli. Imma jsemmi wieħed biss b’ismu: Kleofa. L-iehor le biex juri li hu int u jien. Ġesu lili qed isaqsini/jinterrogani:

1.	Fuqhiex qed titkellem?/ipprekkupat?  (flus, karriera, familja, futur, kemm tħossok utli…)

2.	Meta fil-ħajja ma narawx ċar….x’inhu li qed izommli għajnejja milli nara sew? (L-għamad,  l-preġudizzji, ċerta infantilizmu, l-iskuzi, moħħi, l-għira, r-rabja, l-egozimu,  l-karattru li għandi? l-għejja?)

3.	U qalbi għaliex mhix mħeġġa? (forsi għax skuraġġit? xi proġett li fallieli, relazzjoni li spiċċatli? Forsi għax m’iniex nitlob, qed inħossni niexef minn ġewwa, għax għajjien?)

L-importanti hawn hu li nagħraf għaliex jien daqshekk distratt..mitluf. Jista’ jkun lil lili bħalissa Ġesu’ qed jgħidli  kemm jien  “bla għaqal u moħħI tqil biex nemmen”… u allura kemm hu mportanti li nisimgħu kelmtu u nafdawh iktar bil-fatti…mhux nibqgħu nikkontrollaw kollox aħna u dejjem rriduha tgħaddi tagħna.

2:	Agħrfuħ fil-qsim tal-ħobz….Imma aħna l-ħobz tagħna…ejja ngħiduha kif inhi mhix dejjem hi kelmtu u l-Ewkaristija!

•	Xi kultant immur nisma quddiesa jien..f’xi post fejn ma jafni ħadd. Nippreferi xi kappella fejn għadek tara n-nies marru jinġabru qabel fiha. Irridu nsaqsu serjament kif qed nkunu mħejjija għaliha?

•	Għalkemm jingħad ħafna kliem fuq quddiesa – ambjent, post, qassis, atmosfera..l-Ewkaristija hi dejjem iktar minn hekk. Tgħabbejna b’baggage kbir wisq.

•	Hu l-mument li niftakru li Kristu hu magħna – kemm nħossni nanu (mhux dehen) ġieli fil-konsagrazzjoni.

•	Ngħixha vera meta mill-ħobz li niekol (it-tqarbina), insir jien stess ħobż – offerta. Din tikber fiha ftit ftit kuljum…tqatta minnek biex tagħti lil ħaddiehor.

•	Jekk nifhmuha sew/ ngħixuha sew l-Ewkaristija…. hi wkoll komunjoni, għaqda, servizz..timbuttak għal azzjoni.

•	L-ewwel insara kienu jemmnu li ma jistgħux jgħaddu mingħajr il-ħadd. Għandna bzonnha l-quddiesa biex tarmonizza l-ħafna ġuħ li jkun hemm fina. Ittina kuraġġ, fidi, saħħa. Tolqotni li bdew bi ‘qsim il-qalb’ u ‘spiċċaw bi qsim il-ħobż!’

•	L-Ewkaristija fuq kollox tagħmilna inqas allat..iktar bnedmin. Kemm hemm bzonn nemmnu u nafdaw iktar lilu milli lilna nfusna. U ejja ngħiduha kif inhi..anke jekk tista tuza ħafna kliem differenti – progress, zvillup – li għandna ċerta Babel hu minnu wkoll!

Imberkin aħna:

•	Li ma narawkx…imma nibqgħu nemmnu fik.

•	Li ma nisimgħukx… imma nibqgħu nippruvaw nissemgħulek.

•	Li ma nħossukx… imma nibqgħu nafdaw f’imħabbtek – Ibqa magħna Mulej.

Avvizi:Weekend 14-15 ta’ April,2012
Parroċċa Santu Wistin

1:	Din il-ġimgħa nkomplu u ntemmu t-tberik tal-familji. It-toroq li jmiss u d-dati

tagħhom huma dawn:

It-Tnejn 16 ta’ April	Kappillan:	Marsamxett Str (Pjazza Mattia Preti sa Santa Luċija).

Fr Zaren	 	Marsamxett Str (St. Mark sa Pjazza Mattia Preti).

It-Tlieta 17 ta’ April	Kappillan:	St  John

Fr Zaren		M.A. Vassalli, Cavalier str,

L-Erbgħa 18 ta’ April	Kappillan	 St Patrick str.

Fr Zaren		 St Paul’s Bldgs,  Carmelite str

Fr Alex		 Strait str

Il-Ħamis 19 ta’ Mejju	Kappillan:	St Andrew, Biagio steps

Fr Zaren		Melita str

Il-Ġimgħa 20 ta’ April	Kappillan	Pjazza Mattia Preti  & Lanca str

Fr Zaren	 	Pjazza Mattia Preti  & St. George’s Court

Fr Deo		South str

2:	“Fid-dinja tal-lum, kulturi differenti resqu lejn xulxin, u fl-istess ħin daħlu f’konflitt bejniethom.”  Nhar il-Ġimgħa li ġej 20 ta’ April, fil-laqgħa tal-grupp tal-Mizzewġin u Romol tal-Parroċċa se niddiskutu film qasir fuq dan is-suġġett. Il-laqgħa se ssir fil-kunvent @ 7.00pm. Tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jattendi, jingħaqad magħna għax dawn jkunu mumenti tajba ta’ formazzjoni u fl-istess ħin ta’ ħbiberija bejnietna. Janima l-laqgħa l-Provinċjal tagħna Fr Manwel.

3:	Il-Ħadd li ġej jaħbat Jum il-Karita’ li bħalma tafu jsir kull sena. Hu mod prattiku kif ngħinu lid-diversi ħidmiet u djar tal-Knisja b’risq tfal li fit-trobbija tagħhom jkunu sabu ruħhom f’diffikultajiet serji kif ukoll familji li jkunu għaddejjin minn vjolenza fid-dar. Hemm mbaghad is-servizzi tal-Caritas, id-Dar tal-Providenza, id-djar tal-anzjani u l-għajnuna li tingħata għar-Refuġjati. Aħna din is-sena bħala Parroċċa se niġbru għal Dar Merħba Bik li tinsab f’Hal Balzan. Se jkollna kaxxi apposti matul il-ġimgħa biex fihom nkunu nistgħu nqiegħdu ikel u oġġetti oħra utli, kif ukoll il-ġbir li se nagħmlu f’dak il-jum se jmur għal dan il-għan. Inħeġġukom biex tkunu ġeneruzi bħalma, għal grazzja ta’ Alla, dejjem kontu. Anke għax f’dawn il-postijiet ssir ħidma kontinwa tul is-sena kollha fis-skiet…li tista’ tibqa għaddejja bis-sehem sħiħ tagħna.

4:	Ftit iehor il-familji li wliedhom se jagħmlu l-Grizma u l-Preċett, se jkollhom laqgħat ta’ tħejjija u nformazzjoni oħra kemm mal-Kappillan kif ukoll mal-katekisti tat-tfal li jgħallmuhom. Il-ġenituri se jirċievu ittra personali fid-dar biex hekk zgur jintlaħaq kulħadd. Nixtiequ nfakkru minn issa, li dawk li se jkunu magħzula parrinnijiet, jrid jkollhom l-ittra mingħand il-kappillan rispettiv tagħhom, li biha jkunu jistgħu joqgħodu parrinijiet. Din trid  tinġabar sal-aħħar ta’ April.

It-tieni Ħadd tal-Għid: Sena B
•	Ma nafx ġielux għaddejtu minn żmien/jiem fejn il-fatt li l-ħajja hi ċiklu wieħed – cycle – tħossha iktar minn qatt qabel. Donnu l-passat, l-prezent u l-futur l-ħin kollu jitbewwsu flimkien – mument jgħaddi u jiġi l-iehor malajr..u sakemm taħseb fuqu..jkun ġa għadda! Infatti ngħiduha: ‘dak li hu llum/issa..diġa’ kien..u l-futur…diġa’ beda issa’! Taraha fl-istorja, fl-aħbarijiet! Konna ngħiduha… li mportanti li nkunu nafu/nibqgħu niftakru minn fejn tlaqna…minn xhiex għaddejna – imma llum ġejna fi zmien… li aħbar tal-bierah..tkun ġa intesiet…qisha ilha li seħħet żmien ilu.

Hemm l-għatx għal aħbarijiet friski u ġodda..ħudu dal-jiem: il-pegeantry ta’ zmien il-Ġimgħa Mqaddsa, l-allegati kazi ta’ abbuzi li ma kienux u kien hemm nies li spiċċaw li batew intortament, Malta – il-bickering politiku donnu qatt ma jrid jieqaf, l-issues etiċi li ġejjin fuqna u li rridu niddiċiedu dwarhom daqt – IVF, same sex civil partnership ecc….  Inħossuha wkoll f’ħajjitna – tħoss li dak li qed tagħmel u tgħix….ġa kien ukoll…minn ħaddiehor. (Ġieli tant inħossha fiha din jien!) Donnu l-arloġġ u l-kalendarju taż-żmien biss li hu differenti! Għalhekk is-sigriet ta’ kull mument, ta’ kif qed tgħix u kif dak kollu li tkun qed tagħmel jew jseħħ madwarek tinternalizah fik ħalli l-pulmuni tal-ispirtu tiegħek jibqa jippompja.

L-Iskrittura – li hi ktieb sagru – hi l-istess: rakkont li għadu sejjer. Jekk nidħlu fih nindunaw li (a) dak li diġa’ kien..jinsab f’dal-ktieb sagru, (b) dak li għad jseħħ.. ġa jinsab fih u (c) dak li qed jseħħ illum/issa..jinsab hemm ukoll. Għal min jaqrah b’fidi – b’attitudni ta’ dixxiplu – ( mhux il-fullstops u l-commas) fih jsib linja-gwida għall-ħajtu! Flimkien mal-ferħ! Il-paġna tal-vanġelu tal-lum hu ezempju ċar ħafna. Kull m’hemm fih…jinsab/qed jseħħ issa. Kif tirrifletti fuqu, qalbek tieqaf fuq kliem li qishom highlighted..hemm sitt mumenti  zgur..almenu għalija:

1.	Il-bibien magħluqha.

2.	Il-paċi magħkom.

3.	Tumas bid-dubji tiegħu.

4.	Meta jsejjjaħlu Ġesu’ biex jmiss il-feriti.

5.	Ir-rigal tal-fidi – Ħenjin dawk li ma jarawx hu jemmnu

6.	Il-farzi: “Dan kollu nkiteb biex intom temmnu.”

Ħa nagħmlu vjaġġ fih…jien…se nċaqlaq l-ordni biex tkun mixja. Se nsemmi biss punti..imbagħad kulħadd jaħseb hu/hi:

1	Il-bibien magħlquha:

•	Ġieli dawn jkunu tagħna stess… fina ndividwalment: magħluqha frott xi passat, biżgħat, mistħija, weġgħat, dieqa perpetwa, negattivita’, suspetti! Bibien/qalb magħluqha bil-katnazzi tas-self-righteousness tagħna, bis-suppervja, bir-rabja, bl-antipatiji, bil-karattru zlugat tagħna, bl-għass….

•	Hemm bibien magħlquha kullimkien: fis-soċjeta’, fil-knisja: Ġieli trid iddum tħabbat u tkisser u tistenna… biex jidher biċċa xaqq ta’ dawl! Aħna s-soltu naħsbu li l-bibien jinfetħu biss bl-edukazzjoni, billi niftħu moħħna, meta jaqgħu l-ħitan tal-preġudizzji, ta’ l-idejoloġiji, tal-fundamentalizmu…xi kultant il-ħeġġa/moħħ dejjaq tifga rraġuni!..parzjalment vera iva.. imma hemm bzonn  ħafna iktar. (Malta għadna lura f’dawn..araw bħalissa!)  Nagħti żewġ ezempji ta’ bibien li għandhom bzonn jinfetħu: Ħudu per ezempju kemm għandna bzonn nisimgħu tassew lil xulxin. Aħna għandna manija marradija nitkellmu ħafna dwar/ fuq in-nies minflok magħhom!

Importanti li “nitkellmu ma dak li jkun”…mhux “ngħidu biss tagħna”. Hi tendenza l-ħin kollu li nitkellmu dwar dawk u l-oħrajn, nagħmlu statements fuqhom u għalihom imma (a) rari inħallu spazji biex il-vuċi tagħhom tinstema, (b) rari nqisuhom sieħba/partners ugwali magħna f’kull konverzazzjoni. Jien nemmen li l-knisja (aħna) per ezempju trid tagħti din il-merħba bla kundizzjoni lil kulħadd – unconditional welcome –  mingħajr dak li jkun ma joqgħod jiġġieled għal ispazju – recognition –  tiegħu. Hi tentazzjoni kbira għalina li niddominaw kull konversazzjoni, li niddiċiedu l-vokabularju u d-djalletika’. Meta jiġri hekk, “l-aħna” faċli jsir oppressiv u dak li jkun jsibha tqila biex jieħu n-nifs! Minflok għandna noħolqu spazji ta’ silenzji fejn il-“kliem bla għajjat” jinstema, anki jekk nuzaw kliem mhux tas-soltu…jew ma ngħidu xejn!

•	Il-bibien jinfetħu daqs kemm nafdaw lil Alla…daqs daqs kemm inħobbu! Mhix motto u logos biss! Iva… jekk tħobb issir vulnerabbli, bi probablita’ li qalbek tinqasam ukoll. Jekk ma tridx tweġġa u zzomm qalbek intatta, allura, tagħti qalbek lil ħadd, lanqas lil annimal. Gezwirha b’ħafna hobbies u kumditajiet zgħar, għalaqha fil-kaxxa tal-egozimi tiegħek u armi ċ-ċavetta. Veru ma tiksirx qalbek hekk..imma ssir impentrabbli, kiesha, ċinika, perikluza, airless ecc. L-aħbar it-tajba…imnalla hu jgħaddi mill-bibien magħlquha tagħna!

2	Tumas bid-dubji tiegħu:

•	Qabel kellna ħafna ċertezzi…wisq. Minħabba fihom jidher (jew mingħalina)  li zgurajna ċerta ordni imma batew ukoll ħafna nies minħabba fihom. Kemm nies inħarqu ħabba daċ-ċerezzi…. li ejja ngħiduha kif inhi…. xi wħud minnhom kienu fazzuli. zlugati u bla ebda pedament oġġettiv.

•	Imma llum sar għandna wisq dubji…izzejjed! Dejjem hekk il-ħajja – il-pendlu jmur daqqa ‘l hawn u daqqa ‘l hemm! Imma possibli li kull ħaġa li hi ta’ Alla hi stunata? Sar impossibli li jkollok familja tajba, tkun onest, tibza għal dak li hu tajjeb, jkollok intenzjonijiet retti? Ma naħsibx..naf biss li kiber ħafna antagonizmu, infirxet  dittatura kbira tar-relattivizmu li trid tisma biss dak li jdoqq għal widnejha…assoluzzjoni faċli għal dnubietek!

•	Għal min jemmen..il-blata jibqa Hu Issa f’idejk jekk timix fit-triq tiegħu jew tidħol fi sqaqien li minnhom m’hemmx ħruġ. Imma qabel narmu ċertezza l-baħar…ejja naraw x’qed narmu ezatt…u x’qed indaħħlu minflok! (Hemm triq fil-babel tal-lum?)

•	Fuq kollox li mmissu id-dubji tagħna…taħ l-ispazju kollu…imma biex ma nibqgħux fihom…imma nemmnu fiH.  Irridu ngħaddu minn reliġjon li “tara s-sinjali “għal fidi li “ma tarax u temmen”.

3:	Meta jsejjjaħlu Ġesu’ biex jmiss il-feriti..sabiħ il-fatt li ma kisrux u ma għajjatx miegħu. Dan hu sinjal qawwi ħafna.

•	Ħafna drabi aħna nkunu rridu ngħinu lil ħaddiehor imma mingħajr ma naqsmu t-tbatija magħhom…ez: (a) niltaqgħu ma xi ħadd imweġġa u r-rispons tagħna jkun koċċ paternalizmu (li jqallek!), (b) kemm aħna bla paċenzja minn għaddej xi mument ta’ tbatija/imwiet, (c) nissuġġerixxu rikonċiljazzjoni imma ma nitolbux maħfra ta’ zbalji ta’ qabel.

Biex nagħmlu hekk hemm bzonn għalhekk:

•	Li mmissu l-ewwelnett il-feriti/l-pjagi tagħna (passat, rabja, weġgħat, tradimenti, nuqqas ta’ gratitudni, is-sesswalita’ tagħna, l-izbalji tagħna, l-frejjeġ tagħna) …ma naħbuhomx taħt it-tapit…Ġesu stiednu biex jara u jmiss.

•	Li mmissu il-feriti ta’ oħrajn b’għazla preferenzjali effettiva lejn min narawh imwarrab…u bl-għajnuna tiegħu nfejjquhom jew inħaffuhom.

•	Fuq kollox biex jurina li anki hu u għalkemm issa kellu ġisem glorjuz l-pjagi xorta baqgħu jidhru fih. Din tfisser u li niftakru li fil-ħajja dejjem hemm diffikultajiet u tbatijiet…dawn jistgħu ikunu mezz li bihom ngħaddu għal ħajja ta’ dejjem. Huma l-mod kif il-Missier se jagħrafna meta nidhru quddiemu, bħalma l-appostli għarfu lil Ġesu permezz tal-pjagi tiegħu.

4:	Ir-rigal tal-fidi…Ħenjin dawk li ma jarawx hu jemmnu …u …dan kollu nktieb biex intom temmnu:

•	Hi stedina biex nemmnu..niltaqgħu mal-misteru ta’ Alla (mhux b’moħħna..kunċett, kliem..donnu tant spjegajnih izzejjed lil Alla li tellifna r-rigal tas-silenzju u biex naraw fl-ordinarjeta’ ta’ kuljum).

•	Nemmnu fih  – daqs kemm nagħmlu esperjenza tiegħU –  daqskemm niskopruħ u nesperjenzawh. Din hi l-fidi vera… li ma’ tiġix mill-laqgħat, mill-ħafna attivita’, mill-ġiri wara l-mirakli fazulli, imma minn proċess ta’ konverzjoni kontinwa waqt li nħalluh jdawwal moħħna, qalbna, l-imġieba, u l-mentalita’ tagħna.

•	Nemmnu fih tfisser inkunu lesti għall avventura miegħu…fiħ u għalhekk rridu noqgħodu attenti minn kull aljenazzjoni, distrazzjoni. Hekk ġralhom in-nies tal-vanġelu….Kull darba jsib lin-nies… “jitkellmu”/medihijin… u allura ma jagħrfuhx mill-ewwel. Emmaws, Pietru, dixxipli, kollha ezempji ta’ nies li ma emmnux għax kellhom moħħom tqil, kienu pprekkupati wisq. Kif jista jiġri lilna..aħna dejjem “nitkellmu/mehidijin” fuq kollox u jista’ jkun li ma nindunawx allura b’dal-qawmien li reġa’ sar fina.

Hu wara dan kollu ..ie …kull darba li niftħu l-bibien u nneħħu d-dubji, immissu l-feriti u nemmnu tassew..li nkunu qed nkomplu l-frazi ta’ Ġesu’ “Il-paċi magħkom”. U ngħixuha wkoll. Nitolbu biex nemmnu fiha aħna l-ewwel..bħal meta tgħannaq/titbissem/tgħin/tissaportja lil xi ħadd u temmen li din se ġġib differenza! Din hi wara kollox  s-shalom..il-paċI ta’ nzul ta’ ix-xemx.

Avvizi: Weekend 17-18 ta’ Marzu,2012
Parroċċa Santu Wistin

1:	L- ezerċizzi din il-ġimgħa:

•	Kif konna avzajna dawn l-aħħar ġimgħat, minn nhar it-Tnejn li ġej se jsiru l-eżerċizzi tar-Randan – miftuħa għal kulħadd. L-ezerċizzi se jsiru wara l-quddiesa tas-7.15pm (ie. @ 7.45pm) u se jitmexxew minn żewġ koppji – Jesmond u Bella Mifsud, David u Charmaine Freeman –  tal-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa tagħna. Min jixtieq, qabel jista’ jieħu sehem fil-quddiesa @ 7.15pm. L-ezerċizzi jintemmu sat-8.15pm (ie jdumu madwar 25 minuta).

2:	Dwar il-fjuri tas-Sepulkru:

•	Nagħmlu appell biex tgħinuna niġbru għal fjuri tas-Sepulkru. Hu ġest sempliċi ta’ qima lejn l-Ewkaristija li nistgħu nagħmlu lkoll. Tifhmu li “biex jintrama sabiħ” bilfors rridu niġbru, għax l-fjuri llum saru jqumu ħafna. Min jixtieq jgħina…tistgħu tgħaddu l-flus jew direttament lill-Kappillan, jew lil John (s-sagristian) jew inkella lil Doris u lil Maggie. Is-sena li għaddiet kienu vera ħafna li għenuna u stajna noħolqu atmosfera sabiħa. Nixtiequ li din is-sena nagħmlu l-istess. Grazzi minn issa tal-offerti tagħkom.

3:	Dwar il-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa:

•	Fin-notice boards u fill-website tal-Parroċċa diġa’ hemm il-programm kollu tal-Ġimgħa Mqaddsa kif ukoll il-ġranet tat-Tberik (triq triq). Dawn id-dettalji kollha se jkunu wkoll fl-insert tal-Parroċċa tar-Rivista ‘Flimkien’ tax-xahar ta’ April.  Li nistgħu navzaw minn issa huma l-ħinijiet, ħalli tilħqu izzommu amment tagħhom:

•	Ħadd il-Palm  – 1 ta’ April –  @ 9.25am

•	Ħamis ix-Xirka – 5 ta’ April –  @ 6.00pm u mbagħad nibdew il-vizti @ 7.30pm

•	Ġimgħa l-Kbira – 6 ta’ April –   @ 3.00pm

•	Sibt il-Għid – 7 ta’ April –  @ 7.30pm

•	Minn issa nagħmlu stedina lil kulħadd biex ngħixu dawn il-jiem sbieħ flimkien, fi spirtu ta’ fidi bħala familja waħda nisranija.

L-Ghid il-Kbir : Sena B
Fost l-affarijiet li nħobb, hemm tlieta zgur:

•	Inħobb il-mixi – apparti biex sa 70 nibqa’ tajjeb?…hu mod kif tizvojta moħħok mir-rutina. Fejn twelidt jien (iz-zejtun) kien hemm ħafna raba’ u forsi b’xi mod għadni nimmissja din…  in-natura. Ilum Malta kollha saret kwazi ġungla ta’ konkrit, u biex tkompli zzid, fejn għex f’dawn is-snin ta’ saċerdozju ftit kien hemm raba’..l-iktar l-iktar il-baħar (bħal hawn mad-dawra). Hu sabiħ nibżgħu għal-ġmiel tan-natura u kemm nistgħu nterrqu fiha…fiha wieħed jista’ jiltaqa’ anke ma’ Alla. Jien lili tgħini nikkontempla ġieli …iktar minn meta nkun ġo knisja.

•	Inħobb il-muzika – tgħollilek l-ispirtu tiegħek, tmissek minn ġewwa. Sabiħa iktar meta fiha m’hemmx kliem/lirika..għax nkella trid toqgħod tħabbel moħħok biex tifhem u tagħti kaz l-kliem. Il-muzika hi dejjem ġentili – mhiex teknika, ma’ tinvadix ħajtek b’ħafna kliem u teoriji li bihom nħoss li aħna vgati! (Dan sar l-veru stupru/rape llum! Kemm għandna kliem…u xejn ġdid!) Il-muzika tagħmlek poeta minn ġewwa, tagħmlek bniedem innamrat, timlik b’passjoni. Meta kont indoqq – kont inħossni ktar f’armonija miegħi nnifsi, u meta ġieli kkomponejt xi ħaġa żgħira  – tħossok artist zgħir!

•	Inħobb il-films – meta jkolli ħin u nsib xi film tajjeb, nara li ma nitilfux. Il-films huma l-iktar ħaġa li jnessuni l-kumplament tal-affarijiet li nkun qed nagħmel…allura għalija jkun l-aħjar break. Prattikament jogħġbuni il-films kollha, barra tal-vjolenza u dawk li trid toqgħod tħabbel rasek jew li l-konkluzjoni tkun xi anticlimax papali (aqta kemm ingerger fija!)…imma nħobb l-iktar dawk tal-mitoloġija. Fil-films dejjem jaffixinawk kif minn script miktub jizvillupawh f’film, il-muzika li jqabblu għalih, l-effetti!  L-erbgħa mort nara wieħed tal-allat: Wrath of the Titans – iva jkollhom zinnijiet – imma nieħu gost xorta. Imma jgħinuk tibqa’ toħlom…tħares ‘il fuq! Imma l-isbaħ films huma dawk li issa saru jġibuhom 3D u bl-effett tan-nuċċali li jtuk…letteralment tidħol fihom (bil-konsegwenzi kollha) u tħoss li dak il-ħin, int tkun qiegħed hemm u tgħixhom int ukoll.

Jekk tridu – u mingħajr ma nonqos mir-rispett…just biex nifthemu – aħna meta naqraw l-Iskrittura, meta ngħixu l-liturġija sewwa (ie dan li nkunu qed nagħmlu hawn ġew) u anke nfakkru ċerti festi (bħal t’issa llejla: L-Għid jew Milied jew oħrajn)…aħna nkunu qisna qed nilbsu dan in-nuċċali tad-3D..nidħlu fil-ġrajja/fil-mument u mhux biss naqilgħuhom mill-passat u nġibuhom fil-prezent…imma jerġgħu jieħdu l-ħajja…u nidħlu fihom aħna stess. Veru hemm ir-riskju/tentazzjoni li meta noħorġu minn hawn – jiġrilna bħal meta noħorġu mill-film, tneħħi n-nuċċali u terġa lura għal ħajja ‘normali’ (ma ngħidx reali għax għandi dubju x’inhu veru jew le)…imma xorta għandna bzonnhom dawn il-mumenti..u bħal film tajjeb…issa nitlobokom biex niffukaw.

U niffukaw – għax bħal lejla, bħal issa – mhux qed nitkellmu minn x film virtwali..imma qed nitkellmu minn narrattiva oriġinali li għadha isseħħ….ngħiduluha ‘narrativa’ … għax għadha tinkiteb, għada tivvibra u tant għandha qawwa speċjali/divina li kif qal darba qal Ġesu’ – ‘din il-kitba seħħet illum..intom u tisimgħu’.

Ilbsu ftit in-nuċċali  – b’mod metaforiku – u ejjew nidħlu fil-ġrajja..ġrajja li kwazi titbewwes man-natura ukoll..għax bdejniha f’xitwa qalila (randan) u llum qed ngħixu l-Għid, f’rebbiegħa fejn kollox qed jerġa jitwieled mil-ġdid:

•	Bdejna bl-esperjenza ta’ Ġesu fid-dezert u bit-tentazzjonijiet li għadda minnhom. Ara kemm hi vera din: kemm ġieli ngħaddu minn dezerti f’ħajjitna – nħossuna flat, grey, niexfa. U t-tentazzjonijiet..mhux vera wkoll?: kemm ġliedet inħossuna fina ‘l ħin kollu: suppervja, rabja, għira, tpattija, biza, l-egozimu u l-addictions kollha tagħna. Toqgħod taħseb…dawn huma l-vera blatiet li rridu nkissru u l-vera oqbra (li jsemmi t-test tal-vanġeli) li jzommuna midfunin fihom.

•	Għexna f’din l-aħħar ġimgħa, l-aħħar mumenti ta’ Ġesu’ – minn Ħadd il-Palm sal-bieraħ – u nindunaw li anke dawn..veri wkoll u kollha għadhom jseħħu…u fihom kollha hemm aħna – meta nħossuna weħdina, Ġuda – tradiment, Pilatu, proċessi giddieb..imma wkoll l-ikla tal-qadi (il-ħamis) u l-kwiet (s-silenzju/x-xejn) tal-bieraħ.

Sakemm wasalna sal-lum..s’issa. Il-ġrajja ma spiċċatx mal-mewt. Tagħha ma kienitx l-aħħar kelma. Dak li kien mejjet – QAM. Interessanti kif intemm il-vanġleu llum.. “ħarġu l-barra u tbiegħdu b’ġirja waħda mill-qabar għax kellhom rogħda fuqhom u baqgħu mbellħin bil-biża’.”  Għedt – interessanti – għax fil-verżjoni oriġinali dan hu l-aħħar vers tal-vanġelu ta’ San Mark.

Jista’ jiġrilna hekk aħna wkoll..qisu spiċċa l-film u mmorru lura għal ħajja normali mingħajr xejn ma jkun missna…jew nkella, anke jekk abbli hawn bħalissa nħossu ċerta fidi…kif noħorġu ngħidu… “lura għan-normal” ..u nkunu qsamna l-fidi mill-ħajja  ta’ kuljum..li tafu kemm ġieli tista’ tiġrilna..jew nkella nkunu dejjem disconnected, ngħixuha b’mod frammentat.

Ir-rakkonti bibliċi jfakkruna f’dak li diġa’ nafu – imma ġieli ninsew. (a) Il-ġebla hi mneħħija,  (b) il-faxex mal-art,  (c) dak li kien ‘qalb il-mejtin’… hu ħaj!

Illejla u fil-jiem li ġejjin faċli jiġrilna bħan-nies li għexu l-ewwel ġrajja: (a) Nistgħu nkunu anzjuzi bħal Marija ta’ Magdala tfittex lil Ġesu’ (kemm għandna anzjetajiet fil-ħajja..jgħidu li sirna wisq distratti!). (b) Jista jiġrilna bħal appostli li meta semgħu l-verzjoni tan-nisa tar-rakkont ħasbuh thewdin u ma emmnuhomx. (c) Jista’ jiġrilna bħad-dixxipli ta’ Emmaws li meta ltaqa’ magħhom fit-triq (kif jiltaqa magħna fl-istorja tagħna wkoll kuljum) ħasbuħ barrani. Nkunu bħalhom meta kif hu indikat fit-test “għajnejna jkunu tqal biex nemmnu”…u nħossuna bla tama u direzzjoni.

Lura għal ġrajja..li qed terġa iseħħ issa. L-ikbar stedina  – issa – hi biex NEMMNU..jalla nibqgħu vera nemmnu!  Il-fidi mhix banali – mhix assurda – mhix loppju – mhix artifiċjali – (lanqas kultura jew xi ħaġa mekkanika biex nkunu għedna kollox). Temmen tfisser TITTAMA – Tħares lejh – lejn dak li ġew jfittxuħ ..u ma sabuhx għax qam.

Ejja nisimgħu issa id-domanda tal-anġlu aħna wkoll: Lil min qegħdin tfittxu?

•	Abbli f’qalbna nafu..imma moħħna mal-ewwel jerġa jitlaq….. Jerġa jitlaq għax it-tentazjoni hi li (a) nerġgħu nftakru fil-faxex li għandna (tgħid inħallew kollha ngħidu?), li (b) se nibqgħu skjavi ta’ ħafna mir-rabtiet li għandna, li (c) għada se jerġgħu joħorġu xi skeletru ġdid mill-armadju, li (d) ma jirnexxilnix nirbħu kollox u li (e) nafu għada stess nerġgħu mmorru għal our old self tagħna. Forsi għalhekk l-ikbar sfida – hi li nemmnu fil-qawmien tagħna..dawk ta’ kuljum!

Imma…

Jkellimna HU: Il-ħaruf ġwejjed –  li minkejja li jaf bil-qalb iebsa tagħna, ma jridnix nitgerfxu.

Jkellimna HU: in-nar ġdid  – li jrid jerġa jixgħel ħajjitna (il-ġamar tagħna)

Jkellimna HU: il-misteru – li anke jekk ma narawx bl-għajnejn…nafu li hu magħna..hawn, illum, dejjem.

Jkellimna HU: l-irxuxtat – li bil-qawmien tiegħu jrid jeħlisna tassew:

•	Jeħlisna minn kullma ma jifgana – from all that traps us.

•	Jeħlisna mill-biża li nħobbu u li ningħataw.

•	Jeħlisna li nemmnu fil-worth/l-valur tagħna..li m’għandux x’jaqsam ma x’xogħol nagħmlu.

•	Jeħlisna mix-xewqa ta’ vendetta/tpattija għal min weġgħana.

•	Jeħlisna mill-bzonn li ngħixu f’gidba/nilbsu maksri.

•	Jeħlisna mill-ghetto li fih għalaqna it-tifel/tifla zgħira fina.

•	Jeħlisna mill-mekkanizmi infantili tagħna- l-blackmails, is-silenzji, il-gdiedem, it-taparsi uġieħ ta’ ras.

•	Jeħlisna mill-anzjeta u mill-biza tal-futur u tal-mewt. (Mhux is-snin tat-twelid u tal-mewt fl-oqbra..imma kif tgħix fl-in between)

•	Jeħlisna  minn sens ta’ ħtija qattiel jew ta’ falliment.

•	Jeħlisna mill-preġudizzji, mill-isterjotipar, mill-għamad qattiel, mill-parrokkjalizmu, mill-partiġjanizmu, mix-xeħħa, min dak li hu kattiv, mid-dlam tagħna li abbli nkunu drajna ngħixu fih.

L-Għid …jagħmilna nies li nistgħu nużaw l-affarijiet mingħajr ma nħalluhom jassruna, nagħmluha man-nies mingħajr ma nuzawhom, ingawdu kollox bla ma ninsew lilU. Fi ftit kliem…hu possibli …tgħix mod iehor!

Illum nifhem għalfejn  Santu Wistin darba qal li “aħna nies tal-Hallelujah”.

Bħalma llum nifhem iktar li l-Għid…. fl-verita’ ….hu TAMA.

•	Tama –  li naf li jien ġejt maħfur, li l-ħtija tiegħi marret.

•	Tama –  li naf li hemm futur, li hemm ħajja wara l-mewt.

•	Tama –  li naf li hu għandu pjanijiet, anke meta jien ma nifimhomx.

•	Tama  – li naf li hemm imħabba, li hemm Alla, li jien maħbub minnu u li jiġri x’jiġri…hu jimpurtah.

Anke jekk meta noħorġu minn hawn, ninzgħu n-nuċċali, l-aqwa li nafu dan.

Jalla nibqgħu nfittxuh ….u l-iktar… jalla nibqgħu nnamrati miegħu…għax meta l-qalb u l-ispirtu jinnamraw…nsibu lill-maħbub: Lilu – lil Ġesu’ ta’ Nazaret.

Dan biss hu meħtieġ. Amen.

Programm – Tberik tal-Familji:Ghid 2012
Parroċċa Santu Wistin – Valletta

Tberik tal-Familji – Ħin @ 4.30pm

It-Tnejn 9 ta’ April

Kappillan: Vincenti Bldgs 10,11,12.

Fr Zaren: Vincenti Bldgs 14,15,

It-Tlieta 10 ta’ April

Kappillan:	St. Mark’s str

Fr Zaren: Sappers str & Windmill str

L-Erbgħa 11 ta’ April

Kappillan: Old Mint str (minn St. John Str. sa St Luċija).

Fr Zaren: Old Mint str (minn St Luċija sa Old Theatre str).

Fr Alex: Old Mint str (minn Windmill str. sa St John Str).

Il-Ħamis 12 ta’ April

Kappillan: Old Bakery str

Fr Zaren: Old Bakery str

Il-Ġimgħa 13 ta’ April

Kappillan: Santa Luċija

Fr Zaren: West str (minn Triq San Mark sa Pjazza Mattia Preti).

Fr Deo: West str (minn Pjazza Mattia Preti sa Old Theatre).

It-Tnejn 16 ta’ April

Kappillan:	Marsamxett Str (Pjazza Mattia Preti sa Santa Luċija).

Fr Zaren: Marsamxett Str (St. Mark sa Pjazza Mattia Preti).

It-Tlieta 17 ta’ April

Kappillan:	St  John

Fr Zaren: M.A. Vassalli, Cavalier str,

L-Erbgħa 18 ta’ April

Kappillan: St Patrick str.

Fr Zaren: St Paul’s Bldgs,  Carmelite str

Fr Alex: Strait str

Il-Ħamis 19 ta’ Mejju

Kappillan:	St Andrew, Biagio steps

Fr Zaren: Melita str

Il-Ġimgħa 20 ta’ April

Kappillan:	Pjazza Mattia Preti  & Lanca str

Fr Zaren: Pjazza Mattia Preti  & St. George’s Court

Fr Deo: South str

Tberik tal-Ħwienet, Uffiċini u clubs – Ħin wara 10.00am

It-Tnejn 9 ta’ April

Kappillan: Vincenti Bldgs

Fr Zaren: Sappers Str, Biagio Str

It-Tlieta 10 ta’ April

Kappillan:	St.Andrew’s str, St Mark’s str, St. Patrick str

Fr Zaren: Old Mint str, Matta Preti Square.

Il-Ħamis 12  ta’ April

Kappillan: South str, St Luċija St.Paul’s Bldgs.

Fr Zaren: Melita str

Il-Ġimgħa 13 ta’ April

Kappillan: Windmil, M.A. Vassalli, Cavalier, St.John str.

Fr Zaren: Old Bakery str

Programm – Ġimgħa Mqaddsa 2012 – Parroċċa Santu Wistin
Il-Ħadd 1 ta’ April: Ħadd il-Palm

•	Fid-9.25am niċċelebraw id-Dħul tal-Mulej f’Ġerusalemm. Nibdew il-funzjoni fl-Oratorju taċ-Ċintura  – fejn jsir it-tberik taz-zebbuġ – u mbagħad wara nkomplu bl-Ewkaristija fil-Knisja Parrokkjali.

Il-Ħamis 5 ta’ April: Ħamis ix-Xirka

•	Fis-6.00pm niċċelebraw it-Tifkira Solenni ta’ l-Ikla tal-Mulej. Il-funzjoni tinkludi l-ħasil simboliku tar-riġlejn ta’ l-appostli u l-purċissjoni b’Ġesu’ Ewkaristiku għall-post ta’ l-adorazzjoni.

•	Fis-7.30pm se nagħmlu s-sebgħa vizti flimkien bħala komunita’waħda fid-diversi knejjes fil-Belt stess. Tkun ħaġa sabiħa li ningħaqdu lkoll bħala familja nisranija  flimkien.

Il-Ġimgħa 6 ta’ April: Il-Ġimgħa l-Kbira

Illum obbligu tas-sawm u astinenza

•	Fit-3.00pm niċċelebraw it-Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej. Din  tinkludi l-Liturġija tal-Kelma, l-Adorazzjoni tas-Salib Imqaddes u t-Tqarbin.

Is-Sibt 7 ta’ April: Sibt il-Għid

•	Fit-7.30pm niċċelebraw is-Sahra tal-Lejl Qaddis tal-Qawmien tal-Mulej  mill-Imwiet. Din tinkludi l-Mixgħela tad-Dawl, il-Liturġija tal-Kelma, it-Tberik ta’ l-ilma u l-Liturġija Ewkaristika.

Il-Ħadd 7 ta’ April: L-Għid il-Kbir

•	Niċċelebraw b’sollenita’ kbira din il-festa li hi ċ-ċentru tal-fidi tagħna.

•	Quddies fis-7.30am – 9.30am – 10.45am – 7.15pm

Avvizi: Weekend 17-18 ta’ Marzu, 2012
Parroċċa Santu Wistin

1:	Din il-ġimgħa:

•	Nhar it-Tlieta:  Jum il-Ħniena Divina – Quddiesa u mument ta’ adorazzjoni @ 7.15pm. Jmexxi Patri Salv Caruana osa

•	Nhar l-Erbgħa:       Kummissjoni Festa @ 7.000pm

•	Nhar il-Ħamis:        Kunsill Pastorali Parrokkjali @ 6.30pm

2:	Dwar it-tieni kors ta’ ezerċizzi fil-Parroċċa tagħna.

•	It-tieni  kors,  issa kull ma jmur qed joqrob u kif avzajna f’dawn l-aħħar weekends, se jsir fl-aħħar ġimgħa tar-Randan ( 26 -30 ta’ Marzu – li tkun il-ġimgħa tad-Duluri).  F’dik il-ġimgħa, l-ezerċizzi se jsiru wara l-quddiesa tas-7.15pm (ie. @ 7.45pm) u se jitmexxew minn żewġ koppji – Jesmond u Bella Mifsud, David u Charmaine Freeman –  tal-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa tagħna.

3:	Dwar il-fjuri tas-Sepulkru:

•	Nagħmlu appell biex tgħinuna niġbru għal fjuri tas-Sepulkru. Hu ġest sempliċi ta’ qima lejn l-Ewkaristija li nistgħu nagħmlu lkoll. Tifhmu li “biex jintrama sabiħ” bilfors rridu niġbru, għax l-fjuri llum saru jqumu ħafna. Min jixtieq jgħina…tistgħu tgħaddu l-flus jew direttament lill-Kappillan, jew lil John (s-sagristian) jew inkella lil Doris u lil Maggie. Is-sena li għaddiet kienu vera ħafna li għenuna u stajna noħolqu atmosfera sabiħa. Nixtiequ li din is-sena nagħmlu l-istess. Grazzi minn issa tal-offerti tagħkom.

Fl-aħħarnett xtaqna nirringrazzjaw lil dawk kollha li nhar l-Erbgħa li għadda ingħaqdu magħna fil-quddiesa u fil-mixja ta’ fidi li għamilna max-xbieha tar-Redentur. Apparti l-fatt li konna folla kbira ta’ nies, kien jispikka ħafna l-atmosfera ta’ talb u ġabra li kellna f’dawn il-mumenti li għexna flimkien. Grazzi wkoll lil dawk li ħadma magħna biex stajna norganizzaw dan il-jum sabiħ fil-ħajja tal-Parroċċa tagħna. Kien jum ta’ barka tassew!