3 Ħadd – Sena B

• Ilna zmien issa ngħidu li qed ngħixu f’dinja “instant”… kollox t’issa..kollox malajr! Kollox sar b’ħeffa ta’ buttuna..għafas…u ibdel! (Wieħed mill-effetti ta’ dan hu araw kemm sirna nbatu minn nuqqas ta’ paċenzja u sabar!) Tant drajnih dax-xenarju..li sirna qisna qed ngħixu f’dinja f’surreali. U ġieli ninsew li l-ħajja mhux hekk/din biss – nkunu nafu ta’ – . . . → Read More: 3 Ħadd – Sena B

2 Ħadd – Sena B

Illum mhux ‘omelija’…bħas-soltu…xtaqt naqsam biss ftit ħsibijiet..qishom kwadri..dwar din it-tema tas-sejħa li llum il-kelma titlobna nirriflettu dwarha. Forsi mpreċiżi..mhux ezatti..imma ħierġin mill-qalb. Ħuduhom… qishom ilħna… ġejjin…minn ħafna kmamar…jew eku tal-ispirtu tiegħi!

L-ewwel kwadru…meta s-sejħa għandha x’taqsam ma’ talenti.

• Aħna l-ħajja ma nibdewhiex kollha bl-istess mod, l-ewwel passi jew rankatura jkunu differenti wkoll. Anke kif inħarsu lejna nfusna (nemmnu . . . → Read More: 2 Ħadd – Sena B

Marija Omm Alla – Jum il-Paċi: Sena B – 2012

• Għalina li mdorrijin inkejjlu ħajjitna ma’ l-arloġġ, mal-ġimgħat u s-snin, dan il-lejl/jum hu speċjali. Tarah fil-kalendarju hu ġurnata oħra bħal l-oħrajn… li jagħmlu differenti hu għax jimmarka tmiem ta’ sena u bidu ta’ sena oħra ġdida. Bħal llejla nħossuna qisna fl-antiporta…lesti biex mmiddu/ nixirfu saqajna fis-sena l-ġdida! Kif issa sar ritwal, f’dawn l-aħħar jiem il-media kollha . . . → Read More: Marija Omm Alla – Jum il-Paċi: Sena B – 2012

4 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

Li aħna mhux tal-ħadid, fraġli, dgħajfa u ħafna drabi nzappu fil-mixja tagħna…tifhimha! Li ma nifhimx jien… huma ċertu stunaturi jew kontradizzjonijiet fina li nindunuw bihom u b’għazla konxja nibqgħu nippersistu fihom..jew inkella naħsbu li tagħna huma affarijiet zgħar… li m’huma xejn! U sena wara sena nibqgħu ġġamjati fihom..jikkankraw fina u jikluna ftit ftit kuljum!

• Nitkellmu kollha . . . → Read More: 4 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

3 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

• Kieku kellna mmissu/nidħlu fiċ-ċentru tal-esperjenza tagħna…nsibu qisha disease jew kundizzjoni li ma titfejjaqx daqshekk malajr…ċerta nuqqas ta’ kwiet (disquiet)…donnu xejn ma jxebbana/jimlina 100% (restlessness)…ċerta loneliness, xewqa, yearning, karba…għal xi ħaġa li qatt ma nistgħu nsemmgħu/nidentifikaw ezatt. U ma tafx x’jista jissodisfa din l-enerġija kollha li hemm fina!

Nimlewha kemm mitt mod..vera (l-compensations tagħna – affarijiet . . . → Read More: 3 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

2 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

Illum fit-tieni ħadd tal-Avvent, il-kelma ta’ Alla tkellimmna minn triq…it-triq tagħna personali. Aħna ħafna drabi naqgħu fit-tentazzjoni li naħsbu fuq toroq oħra…ta’ ħaddiehor …ta’ x’mkien iehor.

(a) Insemmu t-triq li fiha miexja s-soċjeta..niddibattu ad eternum fuq ir-riċessjoni, fuq kif kif qed jinbidlu ż-żminijiet. (kif qed ngħixu fil-familja, bħala soċjeta’ in ġenerali, kif qed ngħixu l-fidi)..hawn issib . . . → Read More: 2 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

Solennita’ ta’ Kristu Re – Sena A

• Xi drabi fil-ħajja jqumu nies li b’dak li jgħidu… b’li jagħmlu… u bil-mod kif jgħixu… joffru stil ta’ ħajja kwazi…. ħolma..jipprovokaw l-ambjent…. jsiru leġġendi ħajjin…(ġieli jinkitbu kotba dwarhom, jinħadmu films…jsir magħrufha). Jiġuni f’moħħi: Obama (ħalliha li llum m’għadx jgawdi l-istess popolarita’ li kellu 4 snin ilu)…kien qajjem l-ispettru ta’ Martin Luther King – dil-ħolma li kellu . . . → Read More: Solennita’ ta’ Kristu Re – Sena A

33 Ħadd: Sena A

• Aħna mhux kollha naqblu fuq x’inhu mportanti fil-ħajja. Għamel survey fuq x’prijoritajiet għandhom in-nies (ara int għalik stess), fejn titfa l-enfasi, fejn tagħti l-attenzjoni… u lesti ruħek għal mizibilju risposti: ez…..familja, saħħa, kemm tieħu gost/tgawdi, flus, saħħa fziika, dehra, karriera, paċi, Alla, safar, politika, sports, relazzjonijiet, xi ħidma partikolari, karita’, volontarjat, unuri, popolarita’, l-imħabba ecc! . . . → Read More: 33 Ħadd: Sena A

32 Ħadd: Sena A

Illum donnu li qed negħrqu f’baħar ta’ ilħna – drowning in a sea of voices – kemm barra minna …u anke fina stess.

• B’mod superfiċjali – (minn barra), din narawha ħafna fl-advertising (riklami). Kullimkien, billboards, radio, tv, gazzetti, magazines, internet, l-industrija tal-moda..dejjem jgħaddulna l-messaġġ li hemm xi ħaġa aħjar għalina (li missu jkollna) . . . → Read More: 32 Ħadd: Sena A

31 Ħadd: Sena A

• Il-Kelma ta’ Alla ‘sabiħa’ għax kull darba li tinqara, tiġi mxandra…tkun okkazjoni għal kulħadd – ma tħarisx lejn l-uċuħ – biex jirrifletti ftit fuq ħajtu. (Infatti hi mqabbla ma’ fanal li jagħti d-dawl f’kantuniera – ma’ dawl li jmexxi l-passi tagħna). Li lkoll għandna bzonn! Meta nisimgħuha bħal dixxipli, bil-widnejn tal-qalb, għandha l-qawwa li tmiss . . . → Read More: 31 Ħadd: Sena A