![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Attivitijiet matul dan ir-Randan
Ħudu nota tagħhom!
Mixja ta’ Fidi – Nhar l-Erbgħa 6 ta’ April
• F’dan il-jum se niltaqgħu fil-knisja parrokkjali u fis-6.30pm se nagħmlu mixja ta’ fidi mat-toroq tal-Parroċċa. It-toroq li fihom se ssir din il-mixja ta’ fidi huma: S.Mark, Zekka, Santa Luċija, West str, Pjazza Mattia Preti, West Str, San Mark. Il-mixja se tieħu madwar tlett kwarti u fiha se nagħmlu l-Via Sagra flimkien. Kif nidħlu fil-Knisja nirċievu l-Barka Sagramentali.
L-ewwel kors tal-eżerċizzi – 4-8 ta’ April (filgħodu)
• Dawn se jsiru fit-tieni Ġimgħa ta’ April (4-8), fil-quddiesa tad-9.30am u se jkunu animati minn Fr Mario Sant ofm conv.
It-tieni kors tal-eżerċizzi – 11-15 ta’ April (filgħaxija)
• Dawn se jsiru fit-tielet Ġimgħa ta’ April (11-15), fil-quddiesa tas-7.15pm u se jkunu mmexxija mill-Kappillan Fr Ray. Fl-aħħar jum niċċelebraw flimkien it-tifkira għażiża tad-Duluri.
Passover Meal – L-Erbgħa 20 ta’ April
• Din se tkun inizjattiva Ġdida li se nippruvaw din is-sena. Hi l-ikla lhudija kif deskritta fil-Iskrittura. Fiha rit sabiħ ħafna u ħa tkun imsajjra ezatt skond il-ħxejjex u ikel lkif jiċċelebraha l-poplu lhudi. Se nagħmluha fir-razzett l-antik (Ħal Qormi) u tibda fis-s7.30pm. Se jkollna transport ukol ħalli nkunu nistgħu mmorru flimkien. Bookings mis-sagristija.
Programm tat-Tlett Ijiem Qaddisa
Il-Ħamis 21 ta’ April: Ħamis ix-Xirka
• Fis-6.00pm niċċelebraw it-Tifkira Solenni ta’ l-Ikla tal-Mulej. Il-funzjoni tinkludi l-ħasil simboliku tar-riġlejn ta’ l-appostli u l-purċissjoni b’Ġesu’ Ewkaristiku għall-post ta’ l-adorazzjoni.
• Wara se nagħmlu s-sebgħa vizti flimkien bħala komunita’waħda fid-diversi knejejs fil-Belt stess/ Tkun ħaĠa sabiħa li ningħaqdu lkoll bħala familji flimkien.
Il-Ġimgħa 22 ta’ April: Il-Ġimgħa l-Kbira
Illum obbligu tas-sawm u astinenza
• Fit-3.00pm niċċelebraw it-Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej. Din tinkludi l-LiturĠija tal-Kelma, l-Adorazzjoni tas-Salib Imqaddes u t-Tqarbin.
Is-Sibt 23 ta’ April: Sibt il-Għid
• Fit-8.00pm niċċelebraw is-Sahra tal-Lejl Qaddis tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet. Din tinkludi l-Mixgħela tad-Dawl, il-LiturĠija tal-Kelma, it-tberik ta’ l-ilma u l-LiturĠija Ewkaristika.
Il-Ħadd 24 ta’ April: L-Għid il-Kbir
• Niċċelebraw b’sollenita’ kbira din il-festa li hi ċ-ċentru tal-fidi tagħna.
• Quddies fis-7.30am – 9.30am – 10.45am – 7.15pm
Programm tat-Tberik tal-Familji – Ghid 2011
Tberik tal-Familji – Ħin @ 4.30pm
It-Tnejn 25 ta’ April
Kappillan: Old Bakery Street.
Fr Zaren Vincenti Bldgs 10,11,12.
Fr Alex Vincenti Bldgs 14,15, St. John str.
It-Tlieta 26 ta’ April
Kappillan: Melita str.
Fr Zaren St Andrew.
Il-Ħamis 28 ta’ April
Kappillan West str (minn Pjazza Mattia Preti sa Old Theatre).
Fr Zaren South str.
Il-Ġimgħa 29 ta’ April
Kappillan West str (minn Triq San Mark sa Pjazza Mattia Preti).
Fr Zaren St Paul’s Bldgs, St. Luċija.
Fr Deo Carmelite str.
It-Tnejn 2 ta’ Mejju
Kappillan: Marsamxett Str (St. Mark sa Pjazza Mattia Preti).
Fr Zaren Marsamxett Str (Mattia Preti sa Santa Luċija).
It-Tlieta 3 ta’ Mejju
Kappillan: Old Mint str. (minn Windmill str. sa St John Str).
Fr Zaren Old Mint str. (minn St. John Str. sa St Luċija).
L-Erbgħa 4 ta’ Mejju
Kappillan Old Mint str (St Luċija sa Old Theatre str).
Fr Zaren St. Mark’s str, Biagio str..
Fr Deo M.A. Vassalli, Cavalier str, Sappers.
Il-Ħamis 5 ta’ Mejju
Kappillan Pjazza Mattia Preti, St. George’s Court, Lanċa str.
Fr Zaren Windmill str, St Patrick str.
Fr Deo Strait str,
Tberik tal-Ħwienet, Uffiċini u clubs – Ħin wara 9.30am
It-Tnejn 25 ta’ April
Kappillan Vincenti Bldgs
Fr Zaren Sappers Str, Biagio Str
It-Tlieta 26 ta’ April
Kappillan St.Andrew’s str, St Mark’s str, St. Patrick str
Fr Zaren Old Mint str, Matta Preti Square.
Il-Ħamis 28 ta’ April
Kappillan South sr
Il-Ġimgħa 29 ta’ April
Kappillan Windmil, St.Paul’s Bldgs, M.A. Vassalli, Cavalier, St.John str.
Fr Zaren Old Bakery str
It-Tnejn 2 ta’ Mejju
Kappillan Strait str
Fr Zaren Melita str, St. Luċija str.








