Gruppi fil-Parroċċa
• Kull parrooċċa tkun magħmulha mill-persuni kollha li jkunu jgħixu fit-territorju tagħha. Mihiex biss ta’ “dawk li jiġu l-knisja” (Dan kien kumment li kien kkumenta fuqu Mons Arċisqof meta kien ġie jagħti l-pussess lil fr ray bħala l-kappillan l-ġdid tagħna). Fostna jeziztu gruppi/kummissjonijiet/ħidmiet li tajjeb li nkunu nafu bihom għax huma mmexxija minn persuni li qed jiddedikaw ftit minn ħinhom għal ħaddiehor…għalina! Hawn taħt se nagħmlu lista ta’ dawn ir-realtajiet, kemm kif għedna biex nkunu nafu bihom, imma wkoll biex min jkun jixtieq jingħaqad jew jagħti sehmu fihom jew f’xi ħaġa ‘ġdida’….merħba mill-qalb. Iktar ma persuni jersqu biex jagħtu sehmhom iktar nħossuna – u nkunu – komunita’. Kull min jitħajjar jgħin jew jagħti sehmu f’xi ħaġa – jkellem lill-kappillan.
Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali
Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Jannar 2011, iltaqa l-Kunsill Pastorali Parrokjali l-ġdid. Dan il-Kunsill – li hu konsultativ – għandu l-għan li jgħin lill-kappillan fil-ħidma tal-Parroċċa. Dan il-Kunsill il-ġdid hu ffurmat minn dawn il-membri:
Kappillan Fr Ray Francalanza osa
Moderatur Paul Magro
Segretarja Stephania Aquilina
Komunita’ reliġjuza Provinċjal/Pirjol – Rev Fr Manwel Borg Bonello osa
Viċi – Fr Zaren Saliba osa
Fr Deo Debono osa
Jkunu mistiedna wkoll il-membri tal-komunita’
Membri godda:
• Dasser Seychell
• Kevin Schembri
• Carlo Agius
• Elizabeth Aqulina
• Doris Pace
• Ronnie Abdilla
• Robert & Marianne
• Jesmond & Bella Mifsud
• Joe Borda
• Margaret Borg
Membri li diġa’ servew fil-KPP:
• Joe & Rose Deparis
• Albert Azzopardi
• Carlo Borg
• John & Antionette Farrugia
• Mario Mintoff
• Vince Grech Mallia
• Charlie Borg
• Mario Spiteri
• Justin Gerada
• Tony Boyansis
L-operaturi pastorali, gruppi u kummisjonijiet li attwalment jaħdmu fil-parrooċċa huma:
• Il-katekisti li jieħdu ħsieb il-formazzjoni nisranija tat-tfal bi tħejjija għall-preċett u l-Grizma.
• Il-persuni li jgħinu fil-ħidma ta’ għajnuna soċjali li tingħata lill-persuni fil-bzonn.
• Il-persuni li jgħinu fil-Liturġija – letturi, mużiċisti, animaturi, nies li jżommu l-knisja armata u nadifa.
• Il-persuni li għandhom il-ministeru tat-Tqarbin Imqaddes lill-persuni morda.
• Il-grupp li jiltaqa għal riflessjoni ta’ talb u studju tal-Kelma ta’ Alla kull nhar ta’ Ħamis.
• Il-kumitat tal-Festa ta’ Santu Wistin.
• Il-fratellanza Madonna taċ-Ċintura.
• Il-Grupp Familji Miżżewġa u Romol.
• Il-grupp li janima l-koppji ta’ Kana.
• Il-grupp 2 in 1 tal-koppji żgħażagħ.
• Il-grupp ta’ talb ‘Madonna taċ-Ċintura’.
• Il-persuni li janimaw id-devozzjoni tal-Ħniena Divina
• Hemm grupp żgħir ta’ abbatini li hemm tama li jissaħħaħ fis-snin li ġejjin.
Jiltaqgħu wkoll fil-parroċċa – imma jaħdmu ma’ nies barra mill-parroċċa:
• Il-grupp The Way – kull nhar ta’ Sibt filgħaxija.
• Gruppi – AA, Richmond Foundation u servizzi mill-Appoġġ. (jiltaqgħu diversi jiem matul il-ġimgħa)
• Grupp Neo-Katekumenali – kull nhar ta’ Erbgħa u Sibt




