Avvizi: Weekend 17-18 ta’ Diċembru, 2011

Parroċċa Santu Wistin

• Nhar it-Tlieta 20: Jum il-Ħniena Divina. Quddiesa u mument ta’ adorazzjoni @ 7.15pm.

• Nhar il-Ħamis 22: Il-quddiesa tan-novena fil-quddiesa tas-7.15pm se tkun dedikata għat-tfal li qed jattendu iċ-ċentru tad-Duttrina flimkien mal-ġenituri tagħhom. Inħeġġuhom nattendu għal din l-Ewkaristija flimkien.

• Is-Sibt 24: Lejliet il-Milied.

A: Jkollna l-ewwel il-quddiesa tal-Vġili fis-7.15pm. Din tkun mmexxija mill-Provinċjal Fr Manuel Borg Bonello flimkien mal-komunita.

B: Iktar tard @ 11.00pm tibda t-tħejjija għal-lejl qaddis tal-Milied. Fil-11.15pm se jkollna velja ta’ kant u riflessjonijiet bl-isem ta’ “Il-lejl tal-istennija” u mbagħad f’12.00am niċċelebraw il-quddiesa flimkien mmexxija mill-Kappillan. Se janimaw dan il-lejl, l-organista Wayne Marshall bis-sehem ta’ grupp zgħazagħ mill-kor ta’ Santa Monika. Hu mument sabiħ kif ngħixu dan il-lejl qaddis f’ atmosfera sabiħa u fi spirtu ta’ fidi u ħbiberija. Tajjeb li tibdew tifthemu minn issa għal dal-lejl, kemm bħala individwi, familji sħaħ bit-tfal u mal-ħbieb tagħna.

• Il-Ħadd 25: Jum il-Milied. Il-Quddies jkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd: 7.30am – 9.30am – 10.45am – 7.15pm

• Bejn l-Milied u l-ewwel tas-sena tafu li f’pajjizna jsir ġbir biex bihom ngħinu persuni oħrajn. L-għada tal-Milied jkun hemm l-Istrina organizzata mill-President (Community Chest Fund) waqt li nhar l-1 ta’ Jannar ssir il-ġabra għad-Dar tal-Providenza li s-sena li għaddiet kellha deficit ta’ E100,000. Nitolbukom biex nkunu ġeneruzi bħalma dejjem konna. L-Iskrittura tfakkarna li “Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.” Aħna bħala Parroċċa, l-ġabra li ssir fil-quddiesa tas-7.15pm magħrufha bħala tat-Te Deum nhar is-Sibt 31 ta’ Jannar se tkun għad-dar tal-Providenza.

• L-aħħar ħaġa: Fiz-zmien tal-festi, l-uffiċċju parrokkjali jkun maghluq. Jerġa jiftaħ nhar il-Ħamis 5 ta’ Jannar.

Il-komunita’ tagħna tagħti lil kulħadd
Awguri mill-qalb għal Milied Qaddis u Sena ġdida mimlija ferħ u paċi.

Leave a Reply

 

 

 

You can use these HTML tags

<a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>