Avvizi: Weekend 14-15 ta’ Jannar, 2012

Parroċċa Santu Wistin

• Għada/Illum il-Ħadd 15 ta’ Jannar, hu l-jum li niftakru f’ħutna l-Immigranti. Din is-sena il-messaġġ tal-Papa għandu t-tema “Il-Migrazzjoni u l-Evanġelizazzjoni l-ġdida”. Tajjeb li bħal lum nissensibiliżżaw lilna nfusna b’mod reali dwar din it-traġedja umana u l-aspetti kolha tagħha, waqt li nkompli nħallu qalbna, djarna u pajjizna miftuħa u ħielsa minn kull preġudizzji.

• Nhar it-Tlieta 17 ta’ Jannar, se jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-magħmudija lil żewġ trabi: Yan u Mason. Nitolbu għalihom u għall-familji tagħhom.

• Nhar is-Sibt li ġej, se jaħbat l-44 sena anniversarju meta meta sirna parroċċa. Dakinhar fil-quddiesa tas-7.15pm se ssir ukoll il-vestizzjoni tal-grupp il-ġdid tal-abbatini li se ssir f’idejn il-Provinċjal tagħna Fr Manwel. Minn issa nistiednu lill-komunita’ parrokkjali kollha biex dakinhar niċċelebraw dan il-jum għaziz għalina lkoll flimkien. Hu jum li fih nistgħu wkoll inġeddu mill-ġdid l-fidi tagħna fl-Imgħallem tagħna Ġesu’.

• Matul din il-ġimgħa ( 18-25) fil-Knisja kollha fid-dinja, issir l-Ġimgħa Ekumenika – jiem li fihom il-komunita’ nisranija kollha tagħmel talb għal għaqda fost l-insara. Niftakru li hu dmir tagħna li nitolbu bil-qalb, ħalli b’ħajjitna ngħinu ħalli sseħħ x-xewqa ta’ Ġesu’ li “lkoll inkunu ħaġa waħda”. Jgħin ħafna li mat-talb , lkoll li aħna nimpenjaw ruħna ħalli f’ħajjitna u fi kliemna nkunu dejjem bennejja tal-għaqda u l-paċi. Dan jibda l-ewwel fina stess, fi djarna, fejn naħdmu, fil-komunitajiet parrokkjali tagħna u f’ħajjizna.

• Nhar il-Ħamis 26 ta’ Jannar (ġimgħa oħra), jaħbat il-5 anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur Arċisqof. Tajjeb li f’dan il-jum, niftakru b’mod speċjali fir-Ragħaj Spiritwali tagħna u fl-intenzjonijiet tiegħu.

• L-ewwel ħamis ta’ Santa Rita, din is-sena se jkun nhar il-Ħamis 2 ta’ Frar. Dawn jkunu 15 il-ħamis bi tħejjija għal festa ta’ Santa Rita li ssir fit-22 ta’ Mejju. Fihom nagħmlu mixja mal-qaddisa biex bħala, aħna wkoll, inkunu ħbieb tal-vanġelu.

• Nitolbu għal Crocifissa Ciantar mill-parroċċa tagħna li mietet din il-ġimgħa. Agħtiħa O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fil-paċi. Amen.

Leave a Reply

 

 

 

You can use these HTML tags

<a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>