Li aħna mhux tal-ħadid, fraġli, dgħajfa u ħafna drabi nzappu fil-mixja tagħna…tifhimha! Li ma nifhimx jien… huma ċertu stunaturi jew kontradizzjonijiet fina li nindunuw bihom u b’għazla konxja nibqgħu nippersistu fihom..jew inkella naħsbu li tagħna huma affarijiet zgħar… li m’huma xejn! U sena wara sena nibqgħu ġġamjati fihom..jikkankraw fina u jikluna ftit ftit kuljum!
• Nitkellmu kollha favur il-paċi u l-għaqda imma mbagħad ma nagħtux kaz kemm il-darba dawn jintilfu/jinbarxu bl-aġir tagħna stess.
• Nitkazaw meta jseħħu l-inġustizzji imma mbagħad nagħtux kaz kemm nagħmlu inġustizzji aħna stess bil-preġudizzji tagħna (kemm hawn!), bil-gossip, bin-nofs verita’, meta nkazbru d-dinjita’, meta nwarrbu nies/noqtluhom f’qalbna.
• Nitkellemu u nidibattu fuq idejali għolja…bħal l-onesta’, ir-rieda t-tajba, is-sabiħ li naħdmu flimkien….imma mbagħad tant hemm traċċi tagħhom fina…llum l-onesta’ ma nafux x’inhi, ir-rieda tajba..ħadd ma jrid jċedi biċċa u… li naħdmu flimkien…għadna lanqas biss xammejniha…ara Malta kif nimxu bis-suluzzu..anke fi ċrieki zgħar trid titħabat mmens għalihom!
Forsi għalhekk illum hawn għajta kbira – li ttarrax ngħid jien! – għatx, tfixxija għal dak li hu s-sugu, is-sustanza, l-essenzjali. Inħossuha f’aspetti diversi din:
(a) irridu relazzjonijiet u ħbiberiji li jkunu ġenwini, spontanji, veri; rridu l-imħabba tkun tassew xi ħaġa li tkun worthed tinvesti fiha (kuljum b’ċerta/ħafna prezenza, lealta’ u tinvesti fiha kuljum) mhux xi ħaġa li tispiċċa tifgak u tgħejjik!
(b) Anki l-istutizzjonijiet tagħna nistennew minnhom li jkunu koerenti mal-għan veru tagħhom: il-knisja nixtiequha tkun il-mezz li tgħaddilna lil Ġesu u tlaqqgħana miegħu, l-istat (u l-politika) li jkunu qaddejja tal-poplu kollu, il-Ġustizzja li tibqa dik l-istatwa li ma tħares lejn wiċċ ħadd ecc.
(c) L-istess imbagħad f’affarijiet oħra li niċċelebraw…ħudu l-kaz tal-Milied: Fil-fond hi l-ġrajja ta’ Alla magħna u kemm aħna lesti li nilqgħuh f’ħajjitna tassew. Dan hu l-importanti! Mhux l-aljenazzjonijiet (vetrini jlellxu, ikliet, ħwejjeġ, ikel, xorb, rigali ) kollha marbuta ma’ dal-jiem, li flok jagħtuk il-ħajja u jagħmluk ferħan…jispiċċaw jħalluk fejn kont qabel!
Din tas-“sugu” u l-“essenzjal” nħossuha wkoll fil-fond tagħna wkoll. Per ezempju f’dan l-avvent li issa qed jersaq lejn tmiemu…jonqos l-aħħar sitt t’ijiem…fih ħafna drabi smajna l-frazi “biex nitwieldu mill-ġdid”! Imma din ma sseħħx għax tfaqqa subgħajk, jew f’xi ġest reliġjuz anki jekk inti tkun tassew sinċier. Hu proċess li jitlob minnek li tibda tħalli s-support systems l-antiki tiegħek ..li tiskanta kemm inkunu irbatna ħajjitna magħhom. Iġifieri tfisser li nieqaf nemmen li jien is-sens (meaning) u s-sigurta (security) tiegħi se nġibhom mill-achievments, mis-suċċessi, minn kemm għandi possessjonijiet materjali, minn kemm għandi isem tajjeb, saħħa tajba, good looks jew kemm jien sesswalment tajjeb!
Nibda ninduna u nifhem li dawn MHUX se jtuni l-ħajja lili. Iva – nibqa rridhom – imma mhux li norbot ħajti kollha magħhom u dejjem bil-biza li qisni jekk se nitlifhom, se jispiċċali kollox! (fil-ħajja kollox hu relattiv!) Meta nibda nirrejalizza dan, allura nibda ngħix/nidħol fil-ħajja ta’ l-Ispirtu, li l-awtur tagħhha – Alla – hu kollox barra dil-biza li tant inħossu fina. Dan hu l-kunċett tal-“let go”.. “unlearning the lessons you’ve learnt before to learn new lessons”…. “tinza l-bniedem l-qadim u tilbes il-bniedem il-ġdid!” Allura li m’hemmx għalfejn taħdem/tippjana ħajtek izzejjed qisha bizzilla…għax taf li l-fiduċja tiegħek hi fiĦ! U dal-proċess jseħħ bil-mod, fis-skiet, il-bogħod mis-superfiċjalita’ u l-plastic li llum tant qed negħrqu fiha..ingergru minnha għax lkoll taffetwana …imma qisu mbagħad mhux dejjem jkollna rieda bizzejjed biex naqgħtu l-agganċji li ilhom tant snin joħonquna!
Illum il-kelma t’Alla tkellimna appuntu fuq dan: fuq il-bzonn li fil-ħajja naqbdu biss mas-sugu, mas-sustanza, mal-veru spirtu tal-Milied..jekk tridu! U bħala mudell, il-kelma tipproponilna lil Marija – Omm Ġesu’: Hi l-imbierka fost in-nisa, il-magħzula, il-midluka… hi li kienet mimlija bil-grazzja, hi l-għamlet dejjem ir-rieda ta’ Alla f’ħajjitha, u lilna llum tħeġġIġna biex nagħmlu l-istess.
Żewġ riflessjonijiet sbieħ li jmissu l-fond tagħna:
1. Il-loġika ta’ Alla. Dejjem hekk ħadem u għadu jaħdem! Jagħzel raħal imbiegħed li ħadd ma kien jaf bih – Nazaret – (tiftakruha d-domanda..jistax joħrioġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?) – biex fih tibda l-ikbar ġrajja tas-salvazzjoni. Kien f’dan il-post insinifikanti – imma innotaw ‘il-bogħod minn kull setgħa reliġjuza u politika’ – li l-kbir u l-għoli kellu jitwieled. U jagħzel tfajla – minsija u fqira – diġa’ imwiegħda għaż-żwieġ – biex tkun l-omm li fiha kellu jitwieled Ġesu’ – Alla nnifsu. It-tifsira hawn hi ovvja: il-pjanijiet ta’ Alla ma jitwettqux bil-pompi u fost it-trjunfalizmi. Imma jsiru u jinbtu fil-mixja, umli u siekta, fl-istorja taċ-“ċkejknin” li jafdaw fih. Aħna din diffiċli għalina għax bellawna kejl differenti lilna. Kejl zbaljat ta’ min jirnexxi jew le. Mhux għalhekk ħafna inferjorita’ li nħossu għax naħsbu li m’aħniex hekk u m’għandniex hekk!.
Il-bibbja u d-dinja hi mimlija b’stejjer ta’ nies ‘zgħar’ li għamlu affarijiet kbar. Jaħasra kieku nifhmuha..kemm jonqsu ħmerijiet u bizgħat fina! (kemm nies jgħixu fid-dell ta’ ħaddiehor, jilgħaqu lil ħaddiehor, jgħidu biss dak li jrid jisma ħaddiheor biex jiksbu favuri, aċċetazzjoni, biex jilħqu ecc. Din hi fqira u oxxena fl-istess ħin. Hu meta tkun ħieles minn dawn l-aġġanċji kollha li tkun tassew bniedem liberu!) Għax meta tagħti ċ-ċavetta tal-liberta’ tiegħek lil ħaddiehor lesti ruħek għal kollox…mhux biss għal obbligazzjonijiet, jew tmejjel ruħek skond il-kappell ta’ ħaddiheor…….Sabiħ tkun żgħir – small is beautiful!
2. It-tifsira tal-laqgħa ta’ Marija ma’ l-anġlu. Fid-djalogu bejn l-anġlu u Marija hemm mixja mhix żgħira. Mhux kwistjoni ta’ li rċeviet l-aħbar, qaltlu iva u l-anġlu telaq ‘l hemm u spiċċa kollox! F’dak id-djalogu hemm l-istorja tagħna.
• Id-domandi ta’ Marija. Nieħu gost nismagħha issaqsi “Kif jkun dan?” Jew bħal meta qaltlu “Għaliex għamiltilna hekk?” Iġifieri anki hi… il-mimlilja bil-grazzja…ma tarax ċar, ma tifhimx, titħasseb! Aħna wkoll jkollna d-domandi tagħna: minn jaf kemm il-darba ma nifhmux, jew naħseb li Hu mhux jifhimna. Minn jaf kemm il-darba il-pjanijiet tagħna ma jkunx jaqblu ma tiegħU? Ġħadna/ġieli nsaqsuha din?…jekk iridix Alla jew le l-ħaġa?
• Il-fatt li lilha Alla taha aħbar li quddiemha ħassitha żgħira…imma kif? Mhux ukoll dik l-istorja tagħna…ibda minn dawk il-ħitan il-kbar: tipo kif se nsolvu tant ħitan li hawn: l-ħajt ta’ l-illitteriżmu; il-ħajt tar-refuġjati; il-ħajt tal-gwerra; il-ħajt ta’ l-injoranza u tal-pika. Għad baqa l-ħajt ta’ l-esplojtazzjoni, il-ħajt tal-qerda ta’ l-ambjent, il-ħajt tal-vjolenza, it-tradiment ta’ l-innoċenza, tan-nuqqas ta’ dinjita’ f’ħafna suriet u livelli….Dawn il-ħitan l-ebda bulldozer ma jwaqqagħhom. Diment li jibqa’ ħajt fil-qlub tal-bnedmin, se jibqa l-bżonn li aħna l-insara nħottuhom…sakemm ma jkunux fina wkoll! Nitħawdu għax mhux dejjem naraw l-id ta’ Alla f’dawn ir-realtijiet. Imma mbagħad hemm dawk il-ħitan li nħossu fina stess: it-tenzjonijiet, il-bizgħat, il-kontradizzjonijiet, l-inkoerenzi, il-ġliediet, l-imwiet iz-zgħar u l-kbar li ngħaddu minnhom….
• U hawn tgħallimmna Marija…hi staqsiet iva, imma staqsiet mhux b’arroganza jew b’rabja imma b’umilta, b’sempliċita’ u bi ftuħ tal-qalb. Hi stramba ħafna kif din il-mara ta’ ftit kliem…lilna tgħallimna l-lingwa tal-fond…li tisma tassew fil-fond lil ħaddiehor, il-karba tiela mill-qalb, biex nifhmu li fin-nies hemm l-uġieħ u hemm id-doni, u hu biss meta nagħmlu hekk tassew li nkunu nistgħu verament ngħinu lil dak li jkun…inkella jekk le.. l-lingwaġġ tagħna ma’ Alla u ma’ l-oħrajn fil-ħajja jibqa mlibbes b’ħafna vjolenza, saħna, dipressjoni, passjoni, egoiżmu u pretenzjonijiet bla limiti. Illum naqset il-paċenzja għas-smigħ li mar f’dieta stretta!
U f’dan il-kuntest jagħmel sens is-simbolizmu ta’ l-ewwel qari…meta Natan mibgħut minn Alla mar jgħid lil David biex jibnilu dar biex joqgħod fiha. L-arka vera, il-vera santwarju kellu jkun f’qalbu, f’moħħu, fl-aġir tiegħu. L-istess aħna. Hemm ngħidulu iva, hemm inħobbuħ u nobduħ…hemm il-qima tagħna tkun vera.
Din il-mara siekta llum għadha titkellem.
• Titkellem b’ħajjitha…kif qdiet, kif ingħatat, kif semgħet u għext il-kelma ta’ Alla fiċ-ċirkustanzi kollha li għaddiet minnhom.
• Tkellimna bil-paċi tagħħa, bl-istennija tagħha, fid-dubji tagħha, fix-xogħol tagħha. Tkellimna bl-ubbidjenza tagħha, bis-sempliċita’ tagħha.
• Għal Marija is-sugu, l-essenzjal kien li “temmen lil Ala, tkun fidila lejH”. Din hi l-proposta li qed tagħmel lilna. Meta qaltlu “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej” kienet qed tintelaq kompletament f’idejH. Ma fehmitx kollox imma xorta qaltlu IVA. Iva li ġabilha sagrifiċċji lilha…imma din hi l-vera ħajja l-aħwa. Mingħajr sagrifiċċji..m’hemmx missirijiet, ommijiet, saċerdoti, ħbieb.
Għalhekk tifhem kif Alla għazel lilha. Għalhekk…..kumbinazzjoni…in-nies it-tajba kollha għandhom dawn il-kwalitajiet li huma sinjal tal-prezenza ta’ Alla. Ġabet din il-qawwa kollha għax kellha ħafna prezenza f’Alla u miegħU. Mhux kemm tagħmel affarijiet..imma kemm tisimgħU. Għandna bzonn mhux biss is-smiegħ u l-attenzjoni, iżda wkoll ir-riflessjoni.
• Hi tfakkarna li aħna qaddejja…li ma niswew għal xejn.
• Hi tfakkarna li aħna dixxipli….li mhux aqwa mill-Imgħallem.
• Hi tfakkarna li għandna bzonn salvatur biex jibqa jeħlisna.
• Hi tfakkarna li kull darba li ngħidlu IVA…dak il-ħin Alla jibdilna – jkabbarna u jfejjaqna…u jiġi jiltaqa magħna Hu fit-triq ta’ l-istorja tagħna.



