2 Ħadd – Sena B

Illum mhux ‘omelija’…bħas-soltu…xtaqt naqsam biss ftit ħsibijiet..qishom kwadri..dwar din it-tema tas-sejħa li llum il-kelma titlobna nirriflettu dwarha. Forsi mpreċiżi..mhux ezatti..imma ħierġin mill-qalb. Ħuduhom… qishom ilħna… ġejjin…minn ħafna kmamar…jew eku tal-ispirtu tiegħi!

L-ewwel kwadru…meta s-sejħa għandha x’taqsam ma’ talenti.

• Aħna l-ħajja ma nibdewhiex kollha bl-istess mod, l-ewwel passi jew rankatura jkunu differenti wkoll. Anke kif inħarsu lejna nfusna (nemmnu jew ma nemmnux fina nfusna). Fost il-ħafna files/sterjotipar li s-soċjeta’ tpoġġina fihom – hemm il-qasma bejn dawk li “jirnexxu/kapaċi/jinqalgħu” u dawk li “jkunu tajbin għal folla biss”. Nemmnuha din aħna? (Qed insaqsi…. għax jaf jkollna ħafna misconceptions aħna…din bħal meta ġieli ngħidu li dak jaf jitkellem/artikulat u l-iehor jbati….meta dan ħafna drabi aħna jkollna l-istess numru ta’ vokabularju (forsi elf kelma?)…u ngħidu dejjem lilhom!

• Hemm nies li jitwieldu b’talent u b’kapaċita’ fihom: in-nies artistiċi. Xi snin ilu kont rajt Swan Lake on Ice. Qatt ma kont rajt xi ħaġa hekk ‘ħajja’..dejjem fuq TV. Kienet tpaxxi l-għajn minn kull latt..mużika… korjografija…zfin eċċellenti, u maestrija mill-iktar meta tqis li dan fuq is-silġ. Qisek tħoss meta l-ħaġa tkun (twieldet) ġo fik..dawn iz-zeffiena… zgur is-sejħa għaz-zfin kienet fihom sa mill-ġuf…għalkemm minn jaf kemm training jagħmlu kuljum biex dik is-sejħa fihom jsostnuha.

Issa għamlu shift issa għal ħajja: dan mhux anke fina..meta ħaġa tħossha ġo fik.. …imħabba, vokazzjoni, relazzjoni, talent, xi kapaċita’…trrid taħdem ħafna biex tibqa ssaħħaha/tkabbarha fik. Hemm ċerti tip ta’ sejħat li fihom l-eċċellenza hi rekwizit…għalkemm mbagħad nemmen li fil-ħajja tagħna ta’ kuljum…ċerta fedelta’ hi bizzejjed..iktar minn kemm int effiċjenti!

• Jekk tridu..f’dan il-ħin…hemm xi sejħa partikolari li qed inħoss fija/ f’ħajtek bħalissa? U jekk iva..qed nagħtiha widen? Fil-vanġelu llum is-sejħa hi preċiza: Xi tridu?

It-tieni kwadru..bejn kliem u storbju: is-sejħa ta’ ġensna.

• Saret ironika li f’dinja ta’ tant kliem u storbju..mhux qed insibu kelma li tinfed il-ġewwieni tagħna. Hawn sinjali li jħassbuk..insemmi ftit..li jmissu l-landscape tagħna;

(a) il-kontinent ewropew: qed jbati mhux biss minn aposatasja ta’ Alla imma wkoll ċaħda tiegħu nnifsu (qisni mhux biss niċħad li jien nisrani imma ninsa li jien Malti);

(b) Malta bħalissa..ara kemm qed insemmu stabilita’ u instabilita’…fil-verita ilna hekk issa….(mhux fil-politika tafux) imma bħala nazzjon…ez. Dak li qabel kien awtomatiku..illum m’għadux; ċerta awtorita’ morali naqset (nista mmur knisja jew nemmen f’Alla imma mbagħad ngħix fattija)..anke fid-djar; u lanqas għadna naqblu bejnietna fuq x’inhu ġust u sew.

Allura qed nitgerfxu! Ngħidu li aħna “reliġjuzi” imma naħbu li aħna nafu nkunu “ambivalenti” wkoll. F’dan kollu liema leħen qed nisimgħu llum…wara min mexjin? Kemm qed narqaw “is-sinjali ta’ Alla” f’ħajjitna?

It-tielet kwadru..meta fil-ħajja jiġu jiem li ma tħoss l-ebda sejħa…ma tisma xejn…fejn kwazi aħjar tħalli s-silenzju jitkellem.

• Inħossha ħafna fil-mard, fil-funerali…jew meta nkun ftit waħdi. Dal-jiem ftakart f’funeral li għamilt ta’ baby li kien għadu ma twielidx. Jismu Zak. Niftakarni newhden X’se ngħid? Kif se nġib faraġ? Minn naħa l-oħra kif ma taqax f’nihilizmu..għax jien mbagħad extra konvint f’Alla Sid il-ħajja. Kull kelma tafu kemm hi tant delikata u sensittiva. Ma tkunx trid tiftaħ feriti! Wara l-mewt t’ommi teltt snin ilu …ppruvajt nevita okkazjonijiet ta’ mard, imwiet/funerali.

Ftakart x’kont inħoss jien…ftakart meta ommi ġieli kont nitlob magħha u kienet tistaqsini affarijiet li ma kontx naf nwieġeb…fosthom..Min jaf Alla kif inhu? X’se ngħidlu lil Alla? X’se jgħidli? Ovvjament kont dejjem ngħidilha xi ħaġa pozittiva..imma kont naqbad lili nnifsi b’moħħi mxerred wisq fija..kont/għadni naħseb…tipo…:

(a) Meta nidher quddiem il-Mulej, jaqgħu l-maskri kollha, jien se nkun dak li nemmen li jien, jew dak li jien tassew?

(b) Dwar il-ġenna u l-infern..għax il-vanġelu jitkellem fuq dawk li jsalvaw u dawk li jindannaw….fis-sens li l-infern mhux vojt u jrid jkollok ċerta biza li tmur fih..biza fis-sens li tkun iltqajt ma’ imħabba fil-ħajja li ma tkunx weġibt għaliha…ekku jien nibza li mhux dejjem nkun ħabbejt bizzejjed.

(c) Nixtieq inħares f’għajnejh ukoll..kulur għajnejh. Kif se jħares lejja? Dan għaliex meta ħares lejn Pietru, dan infaqa jibki..u kien biki li salvah. Bħalma wara mbagħad nixtieq inħaddan lil Madonna u lil tant persuni oħri. Qishom domandi bla tweġiba! L-ironija tas-sejħa li trid tkun hemm għal ħaddiehor/tqawwi lil ħaddiehor u int tkun f’dil-mixja wkoll. Lura għal funeral …kien mar ok..seren..iva b’dak kollu li qalbek titnaqqax b’li tara..speċjalment tara lil omm u l-missier jdaħħlu t-tebut huma stess….(minflok għal magħmudija) imma konna lkoll zguri li qed nitolbu għalina..mhux għalih…Zak hu ma’ Alla…niket u dieqa kbira iva għal tad-dar..imma lilu l-ħazen ma missux.

U għalih..mur ifhem x’kienet is-sejħa għal ħajtu? Anke hawn aside oħra..iktar serja…ara kemm nitkellmu fuq abort u ewtanasja..ħadd minn dawk li jkun involut ma jemmen li jkun qed jidfen biċċa laħam…imma bniedem/persuna! (l-ezemju tal-Olanda – Ewtanasja anke għal tfal ta’ 12 il-sena) Kliem għal gallerija u għall-programmi għandna kieku…meta tintlaqa int..differenti l-ħaġa!

Ir-raba’ kwadru…is-sejħat ta’ Alla.

• Alla tagħna hu Alla li jsejjaħ. Sejjaħ lil Samwel – “u ma’ ħalla ebda kelma milli qallu tmur fix-xejn meta kiber” – u sejjaħ lil Pietru u lil Indri. Isejjħilna..lilna kuljum… mhux biex jkun għassies ta’ ħajjitna, imma biex jkun ħabib, is-sieħeb, is-salvatur ta’ ħajjitna..ta’ kulħadd…ĦADD eskluz!. Sta għalina li nzommu dal-kuntatt miegħU..li nisimgħuħ.

• Xi ħaġa dwar in-nuqqas ta’ komunikazzjoni..għax is-sejħa titlob li tikkomunika…. Jien dejjem ħassejt li n-nuqqas ta’ komunikazzjoni mal-morda ġġib ħafna niket. In-nuqqas ta’ komunikazzjoni ma’ nies b’saħħithom hija tenzjoni. (it’s a flight or a fight!) Imma n-nuqqas ta’ komunikazzjoni ma’ Alla hija diżastru. Irridu naraw li ma tkunx one way traffic..aħna jekk ngħidlu xi ħaġa u ma jkollnix risposti mal-ewwel..tafu kemm ingergru (wiċċna tost aħna) u l-modi kemm il-darba ma weġibnix għas-sejħat tiegħu..qisu ma ġara xejn. San Ġilormu: “ Jekk taqa’ farka mill-Ewkaristija, nikkonfondu..imma jekk taqa’ xi kelma mill-iskrittura ma nagħtux kaz”. (Il-bambin biss jaf kemm tirġilna din!)

• Għad għandna bzonn nnitgħallmu nisimgħu sew…

(a) Li nisma lili nnifsi sew: l-impulse of my heart..u ma nistħI minn xejn, ma ngħaffeġ xejn, ma nitfa xejn taħt it-tapit. Lanqas li nsiru skjavi tagħna stess…għedewwa tagħna stess. Jalla nkomplu dejjem nimxu, nikbru, nitgħallmu, naħfru lilna nfusna….

(b) Li nisma lil oħrajn: il-bikja, id-danza, il-ħarqa, l-isfreġju, il-ferħ, il-passjoni…Tafu kemm hawn min hu llupjat/ingħalaq/ma jismax u għax ma jismax …ma jilqax nies f’ħajtu! Naqraw ‘l-ispirtu’ rridu mhux temp biss!

(c) U nisma lil Alla? (il-kuxjenza, il-Bibbja, il-Knisja, il-ħolm, Iċ-ċirkustanzi li ngħaddu jew niltaqgħu magħhom ) Qed inħalli ħin biex niltaqa miegħu? Qed niftaħ qalbi tassew għalih biex inkun iktar qaddis, ġeenruz, twajjeb, inqas medjokru?

• Is-smiegħ vera hu ‘esperjenza’ mhux xi teknika. Meta d-dixxipli qalulu “Fejn tgħammar rabbi?”..qalilhom “Ejjew u taraw”. Hemm dettalji fil-vanġelu sbieħ immens:

(a) Dawn ma kienux qed jfittxu ‘duttrina’ imma li jidħlu f’intimita’ miegħu;

(b) Ma bagħthomx jieħu xi kors..imma “ejjew u taraw”. Biex nidħol f’intimita’ miegħu, rrid nagħmilha miegħu, nagħmel esperjenza tiegħu.

• L-esperjenza tiegħu miegħU… mhix ir-reliġjon medjata li drajna biha…li tħallini imdendel magħha qisna ma magna tal-kliewi. Il-knisja mhix imsejjħa biex biex xi magna tas-salvazzjoni (salvation-machine), imma l-ambjent fejn flimkien insiru nafu iktar lil Ġesu.

M’hemmx għalfejn mmorru korsijiet għal dan. Alla jsejħilna fil-qiegħ ta’ qalbna. Xogħolna hu li ma ‘nwebbsux qalbna għalih’. Bħalma neħtieġu widnejn jew aħjar qalb intunati għal leħen ta’ Alla.

Fi kliem il-poeta Indjan L.Vahira:

• Oqgħod bilqiegħda n-naħa tas-sebħ. Għalik ix-xemx titla’.

• Oqgħod bilqiegħda n-naħa tal-lejl. Għalik il-kwiekeb jiddu.

• Oqgħod bilqiegħda n-naħa tal-wied. Għalik ir-rużinjol jgħanni.

• Oqgħod bilqiegħda n-naħa tas-skiet. Alla jkellmek.

Leave a Reply

 

 

 

You can use these HTML tags

<a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>