Avvizi: Weekend 14-15 ta’ Jannar, 2012

Parroċċa Santu Wistin

• Għada/Illum il-Ħadd 15 ta’ Jannar, hu l-jum li niftakru f’ħutna l-Immigranti. Din is-sena il-messaġġ tal-Papa għandu t-tema “Il-Migrazzjoni u l-Evanġelizazzjoni l-ġdida”. Tajjeb li bħal lum nissensibiliżżaw lilna nfusna b’mod reali dwar din it-traġedja umana u l-aspetti kolha tagħha, waqt li nkompli nħallu qalbna, djarna u pajjizna miftuħa u ħielsa minn kull preġudizzji.

• Nhar it-Tlieta 17 . . . → Read More: Avvizi: Weekend 14-15 ta’ Jannar, 2012

2 Ħadd – Sena B

Illum mhux ‘omelija’…bħas-soltu…xtaqt naqsam biss ftit ħsibijiet..qishom kwadri..dwar din it-tema tas-sejħa li llum il-kelma titlobna nirriflettu dwarha. Forsi mpreċiżi..mhux ezatti..imma ħierġin mill-qalb. Ħuduhom… qishom ilħna… ġejjin…minn ħafna kmamar…jew eku tal-ispirtu tiegħi!

L-ewwel kwadru…meta s-sejħa għandha x’taqsam ma’ talenti.

• Aħna l-ħajja ma nibdewhiex kollha bl-istess mod, l-ewwel passi jew rankatura jkunu differenti wkoll. Anke kif inħarsu lejna nfusna (nemmnu . . . → Read More: 2 Ħadd – Sena B

Avvizi: Weekend 17-18 ta’ Diċembru, 2011

Parroċċa Santu Wistin

• Nhar it-Tlieta 20: Jum il-Ħniena Divina. Quddiesa u mument ta’ adorazzjoni @ 7.15pm.

• Nhar il-Ħamis 22: Il-quddiesa tan-novena fil-quddiesa tas-7.15pm se tkun dedikata għat-tfal li qed jattendu iċ-ċentru tad-Duttrina flimkien mal-ġenituri tagħhom. Inħeġġuhom nattendu għal din l-Ewkaristija flimkien.

• Is-Sibt 24: Lejliet il-Milied.

A: Jkollna l-ewwel il-quddiesa tal-Vġili fis-7.15pm. Din tkun mmexxija mill-Provinċjal Fr . . . → Read More: Avvizi: Weekend 17-18 ta’ Diċembru, 2011

Marija Omm Alla – Jum il-Paċi: Sena B – 2012

• Għalina li mdorrijin inkejjlu ħajjitna ma’ l-arloġġ, mal-ġimgħat u s-snin, dan il-lejl/jum hu speċjali. Tarah fil-kalendarju hu ġurnata oħra bħal l-oħrajn… li jagħmlu differenti hu għax jimmarka tmiem ta’ sena u bidu ta’ sena oħra ġdida. Bħal llejla nħossuna qisna fl-antiporta…lesti biex mmiddu/ nixirfu saqajna fis-sena l-ġdida! Kif issa sar ritwal, f’dawn l-aħħar jiem il-media kollha . . . → Read More: Marija Omm Alla – Jum il-Paċi: Sena B – 2012

4 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

Li aħna mhux tal-ħadid, fraġli, dgħajfa u ħafna drabi nzappu fil-mixja tagħna…tifhimha! Li ma nifhimx jien… huma ċertu stunaturi jew kontradizzjonijiet fina li nindunuw bihom u b’għazla konxja nibqgħu nippersistu fihom..jew inkella naħsbu li tagħna huma affarijiet zgħar… li m’huma xejn! U sena wara sena nibqgħu ġġamjati fihom..jikkankraw fina u jikluna ftit ftit kuljum!

• Nitkellmu kollha . . . → Read More: 4 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B