• Kieku kellna mmissu/nidħlu fiċ-ċentru tal-esperjenza tagħna…nsibu qisha disease jew kundizzjoni li ma titfejjaqx daqshekk malajr…ċerta nuqqas ta’ kwiet (disquiet)…donnu xejn ma jxebbana/jimlina 100% (restlessness)…ċerta loneliness, xewqa, yearning, karba…għal xi ħaġa li qatt ma nistgħu nsemmgħu/nidentifikaw ezatt. U ma tafx x’jista jissodisfa din l-enerġija kollha li hemm fina!
Nimlewha kemm mitt mod..vera (l-compensations tagħna – affarijiet materjali – sess/pornografija – xorb – akkwist ta’ affarijiet – konsum ta’ affarijiet..bħalissa kollox jgħidlek ‘ixtrini’ – illuzjonijiet sofistikati – ħafna programmar sterjotipat li jikkundizjonana… )..imma li dan il-vojt tissodisfah ‘l ħin kollu..ma nafx kemm!
Bħalissa qed naqra lil Doris Lessing li kienet rebħet il-premju Nobel għan-novel tagħha Children of Violence. Fih hi titkellem dwar Martha Quest (li hi tqisha eroj tagħha)..li din ukoll ppruvat twieġeb din id-domanda…dwar ir-restlessness u kif tista’ ssolviha!. Martha kienet nieqsa minn kull perspettiva reliġjuza u (hi) kienet tqabbel x-xewqa umana (human desire) ma’ xi ħaġa għamja (blind), …ma’ enerġija erotika…daqs li kieku għandna voltaġġ qawwi – xi elf voltaġġ ġo fina. U għaliex? Biex nagħzlu li rridu – krejattivita’, imħabba, sess, mibgħeda, martirju, dwejjaq (boredom).
Illum il-kelma ta’ Alla – ħmistax qabel il-Milied – tkellimmna fuq dan. B’differenza li ma tħallix id-domanda fl-arja. Il-kelma ma tridx li naqgħu f’ċinizmu jew f’medjokrita’ li jiġġamjana jew jipparlizzana/jitfina minn ġewwa..ħasra din! U tagħti tweġiba ezatta. Tgħidilna li fil-qalb tal-esperjenza tal-bniedem – hemm xewqa waħda biss…ta’ ferħ…u li dan il-ferħ insibuh biss f’Alla.
Il-ferħ u Alla huma l-istess ħaġa. Ħasra li ġeli l-fidi/spiritwalita’ u r-reliġjon tagħna ngħixuha b’mod grey ħafna! Is-soltu, it-tema tkun biss biss xi frazi minn waħda mill-qari…imma llum hu l-qari kollu li jkellimna fuq hekk:
• Isaija: Jifraħ għax jara fil-miġja tal-Messija l-bxara t-tajba lill-foqra, il-ħelsien lill-imjassra.
• Marija: fis-salm: il-Magnificat….tfaħħar lil Alla għal affarijiet kbar li jagħmel fil-ħajja tal-bniedem..jħares lejn iċ-ċokon
tagħha, lis-supperv jwarrbu, u l-wegħda li Hu se jiftakar dejjem fil-poplu tiegħu.
• Pawlu: Ifirħu dejjem għax Alla magħna. Zommu t-tajjeb..aħarbu l-ħazin.
• Ġwanni: wkoll jifraħ għax issa l-Mulej hu fil-qrib…Id-dawl vera issa fl-aħħar kien wasal.
Xi riflessjonijiet:
1. L-ewwelnett: l-issue tal-ferħ. (Din l-iktar ħaġa għaziza li għandna mal-imħabba) Dejjem rajtha ftit stramba din li trid ‘titkellem’ fuq il-ferħ..il-ferħ trid tgħixu mhux tagħmel seminar fuqu! Lanqas dal-ħafna riċetti tal-1,2,3..u jiġi l-ferħ! Ġieli filgħaxija norqod tant imtaqqal bl-istejjer li nisma ta’ persuni li għal raġunijiet differenti huma mtaqqla u ġieli f’kazijiet minnhom tant tħossok helpless quddiemhom. Tibda tagħti (nagħtu) kull riċetta…għalkemm taf li wħud minnhom huma short term. U mbagħad l-ironija li meta tiġi biex titkellem fuq ir-riċetta-Alla..ħafna jibqgħu blank (forsi għax qed ninsew lil Alla mill-equations tagħna!) jew jisimgħuk biss…. qishom biex ma jiksrukx! (Xi kultant anke fl-ambjenti tagħna..qisna nitkellmu ħafna dwarU imma ftit nemmnu konkretament fil-qawwa tiegħu – il-qawwa tal-imħabba ie).
Ifhem ..ejja nkunu rejalistiċi..qed nitkellem minn ferħ vera, ġenwin…imma dan ma jiġix mix-xejn. Hi mixja li trid tagħmel kuljum fik..fis-skiet…mixja li titlob ħafna għazliet ċari…għax id-dlam dejjem hemm..anke b’mod sottili biex jisraqlek l-ferħ minn ġo fik. Alla jridni ferħan mhux baħnan li taqlaqgħlu għajnejn u jifraħ! Traċċi ta’ ferħ ngħixuhom ukoll għal grazzja ta’ Alla…f’intimita’, imħabba, meta tħoss sliem u armonija meta tagħmel it-tajjeb! Imma mill-ġdid..x’se jissodisfa l-enerġiji kollha li hemm fina? X’se tagħmel?… tmexxi kollox b’moħħok? b’qalbek? Kif għedt..huma enerġiji li jimbuttawk f’kull direzzjoni – krejattivita’, imħabba, sess, mibgħeda, martirju, dwejjaq (boredom). X’qed nipprova ngħid? Xi kultant, nkunu nafu ezatt x’irridu: relazzjoni partikulari, achievement, aċċetazzjoni, status, job, dar/familja… u naħsbu li se nsibu l-paċi meta niksbuhom…imma mbagħad l-esperjenza tgħallimna li l-paċi/sħiħa (full)..lanqas hemm ma tinsab.
U hu hawn fejn nibdew nindunaw li hemm xi ħaġa iktar għolja/profonda minn dan kollu – u dan hu Alla. Iktar ma nagħmlu esperjenza tiegħu..ie nintrabtu miegħu (nitwaħħdu miegħU)..iktar se nduqu l-ferħ tassew. U meta nsibuh nindunaw b’sigriet kbir: Il-paċI u l-ferħ tassew jinsabu fil-purita’ tal-qalb…meta nneħħu dawk l-affarijiet kollha li jibblokjaw il-connection mal-awtur ta’ kull persuni, postijiet, sbuħija, imħabba, kulur u l-enerġiji kollha …..li qalbna tant titkarrab għalihom.
2. It-tieni: Għal darba oħra l-figura ta’ Ġwanni fi sfond differenti. Ġimgħa ilu kien kollu ferħan jxandru…illum hu fil-ħabs jistenna l-mewt. Dan Ġwanni jibqa jolqotna…jolqotna
(a) għax qabel ma pprova jbiddel lill-oħrajn u d-dinja ta’ madwaru, tbiddel hu, u
(b) jekk tefgħuħ fil-ħabs, dan għax ma beżax juri l-inġustizzji u l-korruzzjoni tas-soċjeta’ ta’ żmienu. Aħna fejn qegħdin f’dawn? (In-nies li l-biza, il-prudenza u l-opportunizmu…ipparalizzhom!) Fil-ħabs Ġwanni beda jisma x’kien qed jagħmel Ġesu’..forsi għadda minn mumenti ta’ dubju u beza…. jibgħat lid-dixxipli tiegħu jsaqsu lil Ġesu’ l-famuza domanda tiegħu: “Inti huwa dak li għandu jiġi jew nistennew lil ħaddiehor. Sabiħa t-tweġiba ta’ Ġesu’ li wieġbu bi kliem Isaija għax kien jaf li Ġwanni se jifhmu: “Morru għidulu lil Ġwanni… li l-għomja jaraw, z-zopop jimxu, l-imġiddmin ifiqu, t-torox jisimgħu”. Għal Ġwanni dan kien bizzejjed.
Anki hawn din hi l-istorja tagħna…forsi għax aħna wkoll ninsabu f’xi ħabs (suffocated/in bondage/ktajjen) b’mod jew iehor. Kultant:
a – Kultant jien l-għami: ma narahx fl-istorja tiegħi, (Aslon f’Narnia – “jien qiegħed fejn ma nidhirx, fejn ħadd ma jsemmini”) fil-ġrajjiet li ngħaddi minnhom, fil-ġurnata kif tiġi prezentata, f’ħaddiehor.. u għalhekk għandi bzonn id-dawl. Jew tant jiġru affarijiet madwari u qatt ma narahom (taparsi) u allura qatt ma ninbidel.
b – Kultant jien inzappap: drabi ngħaġġel, assorbit fl-elf programm li għandi, fil-bzonn biex nipproduċi, drabi nkaxkar saqajja, drabi tant interraq territorji u drabi oħra ngħejja. (distanti)
c – Kultant jien l-imġiddem: ma nfiequx mid-dinja zgħira tagħna..forsi..għax ma nafdawhx bizzejjed jew għax inkunu komdi fihom. Kemm dnubiet, vizzji u attitudnijiet għamluni skjav tagħhom matul is-snin!
d – Kultant jien it-trux: ma nismax sew lili nnifsi (qalbi, ġismi, l-emozzjonijiet tiegħi), lil Alla jkellimna għax dejjem għandi x’nagħmel.
• Pero’ biex nfiequ tassew..rridu niltaqgħu miegħU…mhux biss nisimgħu dwaru. Wara kollox Ġesu’ dejjem stieden: Ejja u ara….ma qalx…’ mur aqra fuqi’. (L-importanza li nkunu nafu l-vanġelu sew u nħallu ħin kuljum miegħu)
• Hu biss meta niltaqghu miegħU b’dal-mod….mhux nibqgħu nikkuntentaw b’riċiklaġġ tal-fidi li ksibna fi tfulitna jew ħafna domandi astratti u ħwejjeġ banalissmi..li nistgħu ngħixu l-kmand ta’ Ġesu’ “Morru agħtu l-aħbar ta’ dak li rajtu u smajtu”. U kemm hawn min hu għatxan għal dan! Kemm hawn bzonn li Ġesu’ jkun iktar magħruf u maħbub! U Ġwanni wassal tant nies għand Alla għax kien l-ewwel mimli bih hu l-ewwel. Aħna fejn wasal id-dixxipulat tagħna?
• Inti huwa dak li għandek tiġI jew nistennew lil ħaddiehor? It-tweġiba nafuha. Iva huwa Int Mulej – it-Triq, il-Verita’ u l-Ħajja….. mhux ħaddiehor/x’imkien iehor. Ejja ma ndardrux l-ilma safi tal-fidi.
• U mill-ġdid il-kelma: Ħieni hu min ma jitħawwadx minħabba fija. Amen



