2 Ħadd ta’ l-Avvent – Sena B

Illum fit-tieni ħadd tal-Avvent, il-kelma ta’ Alla tkellimmna minn triq…it-triq tagħna personali. Aħna ħafna drabi naqgħu fit-tentazzjoni li naħsbu fuq toroq oħra…ta’ ħaddiehor …ta’ x’mkien iehor.

(a) Insemmu t-triq li fiha miexja s-soċjeta..niddibattu ad eternum fuq ir-riċessjoni, fuq kif kif qed jinbidlu ż-żminijiet. (kif qed ngħixu fil-familja, bħala soċjeta’ in ġenerali, kif qed ngħixu l-fidi)..hawn issib minn kollox…min jrid jibqa jgħix f’nostalġija tal-passat/tal-bieraħ/jreġġa l-arloġġ lura – ara kif tista? – u min jrid jarmi kollox mit-tieqa u jipprova l-ġdid..fair enough xi kultant..tant hawn bzonn qxur x’jitneħħa u li jfixkilna milli nieħdu nifs ġdid!

(b) Insemmgħu t-toroq li qed jagħzlu/jgħixu ħbiebna/dak/dik u …nikkumentaw/nġġudikaw.

(c) Insemmgħu t-triq li mexjin fiha tal-familja tagħna, wliedna, fuq l-post tax-xogħol, fiċ-ċrieki tagħna…U l-bqija nsomma! Ifhem anke f’dawn hemm x’nirranġaw tafx..u kif! Insemmi biss ezempju wieħed: Illum sirna aħna l-allat. Li ġralna hu li emminna żżejjed fina nfusna. Mhux għax dan ħazin fih innifsu imma għamilna wisq messiji li fallew. Veru, il-bniedem kreattiv, inġenjuz, ħloqna miljun ħaġa biex niddevertu u nikkomunikaw, biex inħaffu x-xogħol u nżidu l-ħin liberu, biex ngħixu komdi u ntawwlu ħajjitna. Imma mbagħad m’għandiex ir-riċetti ta’ dozi meqjusa.

Mas-soluzzjonijiet qed jinbtu l-problemi, mat-tamiet qed jinbtu l-biżgħat, mas-sejbiet jinbtu ħafna d-domandi l-ġodda. Iktar milli dan hux tajjeb jew le…id-domanda hi : x’se nagħmlu b’dan kollu?

Imma l-Kelma hi iktar ffukata, preċiza….bħal dejjem tkellima fuqna nfusna..mhux fuq ħaddiehor…fuq it-toroq tagħna. U l-għajta proverbjali ta’ Ġwanni smajniha: Ħejju t-triq tal-Mulej. Iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu.. Hi kelma li rridu nħalluha tidħol f’qalbna, tixprunana, tqajjimna minn ngħas li faċli naqgħu fih..frott l-aljenazzjonijiet (li jafu jieħdu diversi suriet) ir-rutina, l-edukazzjoni, l-forma mentis tagħna (state of mind), l-loġika tagħna, il-ġustifikazzjonijiet tagħna ..dawn kollha maż-żmien jafu jsir loppju li jistordina, jġagħlna nibqgħu ankrati mas-sigurtajiet tagħna (ta’ moħħna l-iktar) imma agħar…. jneħħu minn ġo fina l-qawwa li niġġeddu, ninbidlu, ninfetħu għal ħajja aħjar. ( In-nasba tal-medjokrita’..li fiha jiġi żmien li xejn u ħadd ma jċaqilek!)

Żewġ riflessjonijiet :

(a) Wieħed hu l-persuna – Ġwanni, mbagħad

(b) il-messaġġ tiegħu biex “nħejju triq lill-Mulej u niddrittaw il-mogħdiet tagħna”.

1: Ġwanni. Minkejja li għaddew tant sekli Ġwanni jibqa bniedem li jolqtok…kulurit, passjonali, jħobb mmens. Tant hu hekk – forsi anke minħabba l-konsistenza tiegħu bejn dak li kien jgħid u kif kien jgħix – ħafna nies kien tmur tfittxu..biex tisimgħu. Lil min qed nisma f’ħajti llum? Kien feraħ b’Ġesu qabel ma’ raħ. Urieħ b’entuzjazmu lill-niesu. Tkellem tant żgħir quddiemU. Ried li Ġesu’ jkompli jikber u hu jkompli jiċkien. Ġesu’ taħ l-ikbar ċertifikat tal-irġulija tiegħu. Kien iebes miegħu nnifsu. Kellu kelma soda għal kull kategorija.

Mas-setgħana ma kienx ilaqlaqha, tant li mbagħad għal ilsienu għamel għedewwa u spiċċa biex tilef rasu..imma mhux ġieħu, mhux il-prinċipji, mhux il-konvinzjoni. Kien bniedem hekk – sbukkat u goff fi kliemu imma fidil lejn Alla. Ma rratabbx it-trufijiet! (ma nafx llum kieku kif inħarsu lejh…daqs kemm trid tagħti kaz affarijiet!) Lil Erodi kien qallu f’wiċċu li kellu relazzjoni ħazina. Lill-farizej u s-sadduċej kien jgħajjarhom…nisel il-lifgħat! Dawn kienu jaħsbu li s-salvazzjoni tagħhom kienet garantita għax kienu wlied Abraham. Imma għal Alla, l-ġens, r-razza u r-radika mhumiex importanti. Lilna..lil hinn mill-kuntest storiku, kemm persuntu u kliemu jolqotna immens.

L-ewwel: Jgħallimna nżommu postna/niċkienu quddiem dak li hu ikbar minna…din tant fiha sfumaturi fil-ħajja. Jien għadni sal-lum ma nifhimx ċerti kummiedji/rexti li jagħmlu wħud biex jħosshom iktar u ikbar minn oħrajn…. dak jħobb il-limelight, dik prima donna, dak għandu ego/suppervja daqshiex…u sejrin dejjem nilgħabu f’dir-rexta/pantomina ta’ ħafna atti! U mbagħad hemm…x’mkien…ħaddiehor bil-kemm jgħolli rasu..bil-kemm għandu ċans (Imnalla!) jaħseb f’dawn l-affarijiet – frugħa.

(a) Kemm lest niċkien jien biex tikber il-paċi, l-għaqda?

(b) Kemm lest nibla azzjoni – immut – biex jirbaħ it-tajjeb?

(c)
Bl-affarijiet kollha li qed nagħmel l-ambjent li fih qed ngħix ..qed jitjieb?

It-tieni: Jgħallimna biex ma nħarsux lejn l-uċuħ, lejn il-pożizzjoni u lejn ir-riskju personali, imma biss lejn il-verita’, lejn il-fedelta’, lejn il-koerenza. Kemm hawn min jibqa’ passiv quddiem li jiġri madwaru. Xejn ma jmissu! Tonqosna r-rabja qaddisa li kellu Ġwanni u Ġesu’ warajh! (għax illum rridu nidhru edukati, politikament korretti! Anzi jekk ma ‘taqlax’ kontroversji..kwazi aħjar!) X’qed nagħmlu konkretament biex ma nħallux lil min jrid jpoġġI lil Alla fil-ġenb..barra mill-isfera pubblika?

It-tielet: Jgħallimna wkoll jkollna l-kuraġġ li nkunu non konkormisti..li ma nibdlux lil Alla u l-kelma tiegħu ma’ xi ideoloġija tal-mument…jew mal-aħħar għajta tas-suq! Jgħallimna li l-kuxjenza hi valur iktar għoli mill-approvazzjoni ta’ ħafna oħrajn. Kemm hawn min jbati biha din! Kemm skjavitu sottili! Dan il-bniedem qaddis jgħallimna biex nieqfu kull attent ta’ relattivizmu li jikkomprometti kull pozzizjoni assoluta. Iġifieri altru li għandna bzonn Messija li jeħlisna mit-tirannija tal-prezent biex niċċelebraw il-ħajja tassew fil-milja tagħha!

2: Iddrittaw il-mogħdijiet tagħkom Jien naħseb it-toroq l-iktar fil-fond tagħna huma: is-sentimenti tiegħi, l-motivazzjoni tiegħi u l-miri tiegħi. Jekk ma noqgħodx attent nispiċċa nigdeb miegħi nnifsi dwari stess.

• Id-dinja tinbidel meta ninbidlu aħna. U aħna nibdew ninbidlu u nimpenjaw ruħna biex inbiddlu, fil-mument li nintebħu li mhux kollox sew, ġo fina u madwarna.

• Kemm faċli jiġrilna li nħossuna “komdi”..moħħna mistrieħ fit-tagħlim ta’ tfulitna u r-reliġjozta li tlajna biha…jew nkella bnejna ħajjitna/għadna..fuq il-ħila tagħna biss jew fuq sigurta’ falza ta’ faċċati u osservanza ta’ liijiet.

• Il-konverzjoni li l-Mulej irid jagħmel fina u fis-soċjeta’ tagħna..mhix bidla supefiċjali/kozmetika/għal ftit…iżda bidla fil-qiegħ, fil-valuri, fil-mentalita, fil-viżjoni, fil-perpsepettiva, fid-direzzjoni u fl-istil ta’ ħajjitna. Fi ftit kliem, bidla kif ngħixu l-fidi u fil-mod kif nkunu nsara.

• Ilkoll nafu li ħadd m’għandu l-ħila jġib din il-konverzjoni bil-ħila tiegħu biss. Għalhekk jeħtiġilna l-qawwa tal-ispirtu u n-nar tal-Kelma tal-Alla. Għallekk inkitbu l-Evanġelji.

• Hu qed joffrili spirtu ta’ għerf u dehem, spirtu ta’ għaqal u qawwa, spirtu ta’ għerf u biza tal-Mulej. Hu biss jista’ jtina dan! Għallimna nemmnu mill-ġdid fil-metodi umli tiegħek tal-fidwa: int li ġejt fostna tarbija ċkejkna, f’għar imwarrab, f’raħal bla mportanza.

• Nitolbu biex l-istedina tiegħu neħduha bis-serjeta’…u biex b’ħajjitna nħejju “triq għalih”.

• …U Mulej agħmel li nibqa profeta b’ħajti..anki jekk nibqa ngħajjat fid-dezert.

Leave a Reply

 

 

 

You can use these HTML tags

<a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>